Left arrow Mur Lura

IL-GVERN JINSAB IMPENJAT LI JKOMPLI JKABBAR IS-SETTUR TAL-CRUISE LINERS

pr2664
Date Icon 28/11/2013

Il-Ministeru għat-Turiżmu jonora lill-Kap Eżekuttiv ta’ TUI Cruises Richard J. Voguel għall-impenn sħiħ li l-kumpanija wriet f’pajjiżna fl-aħħar 3 snin fis-settur tal-cruises

Il-Gvern jirrikonoxxi l-importanza li għandu s-settur tal-cruise liners fl-industrija turistika f’pajjiżna u qiegħed jaħdem mal-istakeholders kollha involuti biex jara li dan is-settur ikompli jikber u jespandi.

Dan intqal mill-Ministru għat-Turiżmu l-Onor. Karmenu Vella f’konferenza tal-aħbarijiet li fiha l-kumpanija Ġermaniza TUI Cruises ingħatat rikonoxximent għall-impenn li wriet f’Malta f’dan il-qasam fit-tliet snin li għaddew minn kemm li bdiet bl-operat tagħha fis-sena 2010.

Il-Ministru Vella fisser l-importanza tal-operat tal-kumpanija TUI Cruises għal pajjiżna hekk kif Malta mhux biss qed isservi sempliċiment bħala post fejn il-cruise liners tal-kumpanija jagħmlu l-waqfiet tagħhom, iżda qed topera fuq sistema ta’ homeporting.

Karmenu Vella tkellem fuq l-importanza tas-settur tal-cruise liners għal Malta, fejn mhux biss qed iservi ta’ mezz tajjeb ta’ reklamar ta’ pajjiżna ma’ dawn it-tip ta’ turisti, iżda minnu nnifsu jiġġenera attività kbira fil-Belt Valletta u fl-akwati tal-Port il-Kbir fl-istess ħin ukoll li jħalli l-qligħ.

Il-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija Ġermaniża TUI Cruises Richard J. Vogel semma’ kif il-kumpanija mal-ewwel ħassitha milqugħa f’pajjiżna sa’ mill-bidu tal-operat tagħha. Spjega kif għar-raba’ sena konsekuttiva, il-kumpanija TUI Cruises se tkun qed topera minn Malta fuq sistema ta’ homeporting. B’differenza minn snin oħra, għall-istaġun tas-sajf 2014, il-kumpanija se tkun qed tinawgura l-cruise liner ġdid tagħha Mein Schiff 3 li se jkun kapaċi jġorr 2,500 passiġġier. Dan se jwassal biex it-TUI tkun f’pożizzjoni li ġġib aktar turisti lejn Malta.

Iċ-Chairman ta’ Valletta Cruise Port is-Sur Joseph Zammit Tabona faħħar il-koperazzjoni li teżisti bejn operaturi differenti fis-settur tal-cruises prinċiparjament it-TUI Cruises, il-kumpanija Valletta Cruise Port, l-SMS bħala l-aġenti lokali tat-TUI Cruises, il-kumpanija MIA, Transport Malta flimkien mal-Ministeru għat-Turiżmu u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu. Huwa fisser kif  is-sinerġija ta’ dawn l-entitajiet u l-kumpaniji flimkien issarfet f’operat effiċjenti ta’ homeporting li saħansitra huwa rikonoxxut internazzjonalment. Saħaq li grazzi għal operaturi bħal TUI Cruises, is-settur tal-cruise liners f’pajjiżna qed jikkontribwixxi għas-suċċess tal-industrija turistika f’Malta.

Fi tmiem il-konferenza tal-aħbarijiet il-Ministru għat-Turiżmu Karmenu Vella preżenta f’isem l-MTA rikonoxximent lill-Kap Eżekuttiv Richard J. Vogel bħala apprezzament tal-impenn li l-kumpanija wriet lejn pajjiżna fit-tliet snin li għaddew fis-settur tal-cruise liners.

Preżenti kien hemm ukoll il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu Josef Formosa Gauci.

Sadanittant, aktar kmieni, il-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija TUI Cruises Richard J. Vogel kellu laqgħa mal-Prim Ministru Dr Joseph Muscat f’Kastilja.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow