IL-PRESIDENT TAS-SOĊJETÀ AHMADIYYA JAMAAT F’MALTA, JAGĦMEL ŻJARA TA’ KORTESIJA LILL-ISPEAKER TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI
pr2663
28/11/2013
L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati, l-Onorevoli Anġlu Farrugia rċieva żjara ta’ kortesija mill-President tas-soċjetà Ahmadiyya Jamaat f’Malta, Laiq Ahmed Atif.
Matul il-laqgħa ġie ppreżentat ktieb lill-Ispeaker bil-lingwa Maltija bit-titlu “Il-kriżi dinjija u t-triq għall-paċi”.
F’kelmtejn ta’ ringrazzjament, l-Ispeaker saħaq dwar l-importanza tal-paċi fid-dinja u bejn il-bnedmin. Huwa importanti li ħadd m’għandu juża r-reliġjon għal skopijiet politiċi, iżda kull reliġjon għandha tintuża bħala l-ewwel pass għal paċi dinjija, kkonkluda l-Ispeaker.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en