Left arrow Mur Lura

SERVIZZ TA' CUSTOMER CARE TAS-SIGURTÀ SOĊJALI MILL-KUNSILL LOKALI TAS-SANNAT

pr2653
Date Icon 27/11/2013

Il-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali jħabbar li mill-Ħamis 28 ta’ Novembru 2013, id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali se jibda jagħti servizz ta’ customer care mill-Kunsill Lokali tas-Sannat.

Dan huwa Kunsill Lokali ieħor li minnu d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali se jkun qed jagħti s-servizz tiegħu lill-pubbliku, wara dawk tal-Gudja, il-Mellieħa u x-Xagħra.

Dan kollu qed isir bħala parti minn proċess fil-mod kif id-Dipartiment jagħti s-servizzi tiegħu lill-pubbliku, u li beħsiebu jitkompla fix-xhur li ġejjin.

Bis-saħħa ta’ dan is-servizz, residenti tas-Sannat jistgħu jinqdew mill-Kunsill Lokali biex:

• japplikaw għal kwalunkwe benefiċċju tas-Sigurtà Soċjali;

• jirrapportaw kwalunkwe tibdil ta’ ċirkostanzi;

• japplikaw għal, jew iġeddu l-karta r-roża;

• jissottomettu ċertifikati tal-mard; u

• jagħmlu kwalunkwe talba għall-informazzjoni dwar kwalunkwe materja ta’ sigurtà soċjali

Dan is-servizz se jkun qed jingħata kull nhar ta’ Ħamis bejn it-8.00am u 12.00pm.

Fiz-zmien li ġej, is-servizz se jkun qed jiġi estiż għal aktar Kunsilli Lokali, fosthom Birżebbuġa, Ħal Safi u Ħal Kirkop.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow