IL-VAĊĊIN TAL-INFLUWENZA
pr2651
27/11/2013
Il-Ministeru għas-Saħħa jiċħad dak li qed jingħad fil-mezzi tax-Xandir li xtara anqas vaċċin tal-influenza mis-snin ta’ qabel.
Altru minn hekk, din is-sena nxtraw aktar dożi mill-erbgħa snin li għaddew, kif turi t-tabella t’hawn taħt.
SENA | NUMRU TA’ TILQIM |
2010 | 75,194 |
2011 | 74,592 |
2012 | 74,680 |
2013 | 75,200 |
Is-sena li għaddiet, mill-74,680 doża li nxtraw, kienu ntremew mal-8,050 doża.
Din is-sena, l-Ministeru għas-Saħħa ħejja kampanja intensiva u effettiva li wasslet biex id-dożi kollha mixtrija ġew utiliżżati.
Il-kampanja tat-tilqim kontra l-influwenza staġġjonali bdiet fil-21 ta’ Ottubru li għadda u kienet suċċess fil-konkorrenza qawwija mill-pubbliku. F’nofs Novembru kien għad fadal numru limitat tad-doża u sar appell ieħor lill-pubbliku biex dawk li huma f’riskju jieħdu it-tilqima.
Dan l-appell ukoll kellu suċċess u t-tilqima ingħatat lil dawk kollha li kkonkorrew għaliha.
Il-Ministru għas-Saħħa diġa ħa l-passi meħtieġa biex għall-kampanja tas-sena d-dieħla jinxtara ammont ta’ doża aktar minn ta’ din is-sena.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en