Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-GVERN TA' MALTA

pr2650
Date Icon 27/11/2013

Ir-rapport tal-Awditur Ġenerali dwar kif tmexxa l-fond tal-kawżi ġusti fil-leġislatura li għaddiet juri l-mod xejn trasparenti ta' kif kienu jintefqu flus il-poplu. Dan huwa każ ieħor fejn gvern preċedenti warrab il-prinċipju tal-governanza ġusta u rrikorra għat-tberbiq irresponsabbli ta’ fondi pubbliċi bi skopijiet partiġjani.

Ir-rapport ippublikat ilbieraħ jikkonferma li minn nofs is-sena li għaddiet sal-elezzjoni ġenerali ta' Marzu li għadda, ġew imwegħda l-fondi kollha disponibbli, u suppost ristretti, sal-aħħar tal-2014. B'hekk, bl-obbligazzjonijiet kollha li għamel il-Gvern ta’ qabel u li issa huma dovuti, se jkunu spiċċaw il-flus kollha - kważi żewġ miljun ewro - tal-Fond tal-Kawżi Ġusti tas-sena 2014.                

L-Awditur Ġenerali jgħid li kien hemm każijiet fejn inkissru l-linji gwida li jirregola l-fond tal-kawżi ġusti. Fost oħrajn il-Ministru tal-Finanzi ta’ qabel ġieli ffirma li jingħataw il-flus mingħajr l-approvazzjoni tal-bord imwaqqaf apposta biex jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet. Dan in-nuqqas seħħ l-aktar bejn Jannar u Marzu 2013, il-perjodu ta’ qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali.

Indħil ieħor, irrapurtat mill-Awditur Ġenerali, sar minn Ministru ieħor f’każ fejn l-għotja żdiedet b’sitt elef ewro mis-somma approvata b’mod oriġinali. Kien hemm ukoll drabi fejn ingħataw flus iktar mill-massimu li jippermetti l-fond tal-kawżi ġusti.

Dawn huma konklużżjonijiet ta’ tħassib u mill-aktar serji li għalihom il-familji u n-negozji jistennew li tintrefa’ responsabbilita’ politika. Mhux aċċettabli li jittieħdu deċiżjonijiet ħżiena bi flus il-poplu u, għaliex jgħaddi ż-żmien, jibqa’ ħadd ma jwieġeb għal għemilu jew irodd lura l-flus li ngħataw bi ksur tal-linji gwida.

Wara snin ta’ tmexxija nieqsa minn kull kontabilità, qed ikompli joħroġ il-bżonn ta’ politika nadifa li qed jimplimenta dan il-Gvern, skond il-mandat elettorali tiegħu, b’miżuri diġa mwettqa u oħrajn li se jitwettqu fix-xhur li ġejjin.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow