Left arrow Mur Lura

ESPERTI FIS-SETTUR TAL-AVJAZZJONI JATTENDU GĦAL KONFERENZA F’MALTA

pr2625
Date Icon 24/11/2013

Pass ieħor lejn it-twaqqif tal-ewwel ċentru għar-riċerka fl-Avjazzjoni

Fi tmiem din il-ġimgħa pajjiżna ospita konferenza internazzjonali fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni fl-avjazzjoni u li għaliha attendew bosta esperti barranin fis-settur. Din il-konferenza għandha sinifikat partikolari speċjalment fid-dawl tal-fatt li l-Gvern jinsab impenjat biex jitwaqqaf l-ewwel ċentru għar-riċerka fl-avjazzjoni f’Malta u li għalih diġà ġew ivvutati €150,000 f’dan il-budget.

F’indirizz li għamel il-Ministru għat-Turiżmu l-Onor. Karmenu Vella tkellem fuq ir-rabta li teżisti bejn l-oqsma tat-turiżmu u l-avjazzjoni, li hija riflessa mill-fatt li għall-ewwel darba, is-settur tal-avjazzjoni qed jaqa’ direttament taħt il-Ministeru għat-Turiżmu. Semma’ kif l-istorja ta’ pajjiżna fil-qasam tal-avjazzjoni tmur lura għall-1915 meta dakinhar ajruplan tal-baħar għamel l-ewwel wasla tiegħu fil-Port il-Kbir.

Karmenu Vella fisser kif Malta diġà qed isservi ta’ post minn fejn qed joperaw b’suċċess bosta kumpaniji internazzjoni fil-qasam tal-avjazzjoni, apparti mill-fatt li qed igawdu minn numru ta’ inċentivi li l-pajjiż joffri fosthom dawk fiskali.

Dwar it-twaqqif taċ-ċentru ta’ riċerka fl-avjazzjoni, il-Ministru Vella semma’ kif dan se jkun qiegħed fost l-oħrajn jikkontribwixxi lejn l-iżvilupp ta’ aktar attività fis-settur b’enfasi partikolari fuq riċerka u innovazzjoni, possibilment anke bis-sehem ta’ koperazzjoni internazzjonali. Karmenu Vella temm jgħid li huwa ttamat li dan il-proġett jimla l-vojt li eżista sa issa f’pajjiżna f’dan il-qasam.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow