STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-MINISTERU GĦALL-FAMILJA U SOLIDARJETA’ SOĊJALI
Il-Foster Carers huma s-serħan il-moħħ ta’ din is-soċjeta’.
Sostniet dan il-Ministru għall-Familja u Solidarjeta’ Soċjali l-Onor. Marie-Louise Coleiro Preca, fi tmiem il-Konferenza Annwali tal-Foster Care bit-tema ‘Nurturing Positive Development In Our Foster Children’.
Il-Ministru Coleiro Preca rrikonoxxiet il-ħidma li qed ssir mill-foster carers għaliex huma qegħdin jagħtu stabilita’ u ambjent addatat għall-iżvilupp tat-tfal.
Spjegat kif il-Gvern jemmen fit-tisħiħ tal-fostering u għalhekk twaqqfet Task Force tal-fostering.
L-Onor. Coleiro Preca qalet li apparti li din it-Task Force qed tiddiskuti emendi proposti fl-att dwar il-foster care, hemm bżonn li din it-Task Force tiddiskuti wkoll sitwazzjonijiet li qed jevolvu ħalli l-foster carers isibu dejjem l-appoġġ li għandhom bżonn fil-ħin.
Fost l-oħrajn fiż-żmien li ġej it-Task Force tal-fostering se tkun anki qed tiġi kkonsultata dwar l-proġett tal-aħwa mhux mifruda.
Il-Ministru Coleiro Preca faħħret ukoll ix-xogħol li jsir mis-social workers mal-foster carers u rrimarkat kif għandhom sfidi qawwija.
Żiedet tgħid li għalhekk huwa importanti li s-social workers jingħatalhom appoġġ sħiħ biex huma wkoll jibqgħu jkunu ta’ sostenn għall-foster carers.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en