STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-MINISTERU GĦALL-FAMILJA U SOLIDARJETA’ SOĊJALI
Ċelebrazzjoni ta’ ideat tat-tfal
Waqt proċess ta’ konsultazzjoni mat-tfal fil-Kulleġġ Maria Reġina, Skola Sekondarja Subien fil-Mosta, il-Ministru Marie-Louise Coleiro Preca fissret din il-konsultazzjoni bħala ċelebrazzjoni ta’ ideat tat-tfal.
Qalet li għall-ewwel darba f’pajjiżna, nstemgħet il-vuċi ta’ tfal u adoloxxenti ta’ bejn id-disa’ u s-sbatax-il sena dwar x’jaħsbu li għandhom ikunu l-kwalitajiet u l-valuri li għandu jkollu jew ikollha l-Kummissarju l-ġdid għat-Tfal.
Spjegat li huwa d-dmir tal-adulti li f’kull ħin jisimgħu dak li għandhom xi jgħidu t-tfal, b’mod partikolari f’sitwazzjonijiet li jolqtu lilhom direttament.
L-ideat tat-tfal inġabru wara li tqassmu f’ħamsa u għoxrin workshop u li bl-għajnuna tal-għalliema tal-PSD esprimew l-opinjonijiet u l-ħsibijiet tagħhom.
Dawn l-ideat issa jinġabru f’rapport intitolat ‘A Voice for your Voice’ u x-xahar id-dieħel jingħata lill-Prim Ministru.
B’hekk ‘l fuq minn 350 student ikunu semmgħu leħinhom fl-għażla tal-Kummissarju l-ġdid għat-Tfal.
Il-proċess ta’ konsultazzjoni ra wkoll tfal jesprimu lilhom nfushom permezz tal-arti.
Il-Ministru Coleiro Preca temmet id-diskors tal-għeluq tagħha billi rringrazzjat lit-tfal għal din l-esperjenza pożittiva kif ukoll lid-Dipartiment tal-Edukazzjoni li ħadem id f’id mal-Ministeru għall-Familja u Solidarjeta’ Soċjali biex jorganizza din il-konsultazzjoni.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en