Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FAMILJA U SOLIDARJETÀ SOĊJALI - GĦALL-EWWEL DARBA F’PAJJIŻNA SE TIDĦOL FIS-SEĦĦ LIĠI KOMPRENSIVA GĦAT-TFAL

pr2573
Date Icon 19/11/2013

Sa tmiem is-sena d-dieħla pajjiżna se jkollu okkażjoni storika fejn għall-ewwel darba se tidħol fis-seħħ liġi komprensiva biex it-tfal ikollhom tassew vuċi u viżibilità.

Sostniet dan il-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali l-Onor. Marie-Louise Coleiro Preca f’konferenza tal-aħbarijiet li fiha ġiet ippreżentata l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp ta’ Strateġija u Politika għat-Tfal.

Il-Ministru Coleiro Preca spjegat kif għall-ewwel darba nħatret din il-Kummissjoni li bdiet bix-xogħol tagħha sa minn Ġunju li għadda.

L-Onor. Coleiro Preca qalet kif dan il-Gvern għandu impenn elettorali biex jintroduċi l-att dwar it-tfal, ifassal u jattwa politika għat-tfal kif ukoll jintroduċi charter għat-tfal.

Spjegat kif għalkemm fl-2010 l-Gvern preċedenti ħareġ abbozz dwar il-politika għat-tfal qatt ma saret konsultazzjoni strutturata mat-tfal.

Coleiro Preca sostniet li dan il-Gvern mhux se jarmi t-tajjeb li sab u se jibni fuqu b’konsultazzjoni vera li tagħti vuċi sħiħa lit-tfal.

Qalet kif b’rabta mat-tfassil tal-istrateġija kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali, f’Settembru li għadda kienu ġew ikkonsultati t-tfal li skont l-aħħar statistika maħruġa mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika ntwera kif matul is-sena li għaddiet kien hemm madwar 31% tat-tfal li jinsabu fir-riskju tal-faqar u l-esklużjoni soċjali.

L-Onor. Coleiro Preca qalet ukoll li ftit tal-ġimgħat ilu l-istess Kummissjoni għamlet konsultazzjoni mat-tfal li jinsabu f’out of home-care.

Il-Ministru temmet tgħid li fuq bażi ta’ tlett snin, il-Kummissjoni se tkun qed taħdem fuq studju li janalizza r-realitajiet li qed jiffaċċjaw it-tfal fosthom cyber-bullying.

Il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp ta’ Strateġija u Politika għat-Tfal hija komposta miċ-Chairperson Dr. Ruth Farrugia u l-membri Dr. Charles Azzopardi, Helen D’Amato (ex-ufficio), Dr. Katya De Giovanni, Lauren Kenely (ex-ufficio), Elaine Micallef (ex-ufficio), Dr. Juliana Scerri Ferrante (ex-ufficio), Fr. Victor Zammit McKeon, Jane Chircop u Manwel Darmanin.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow