Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI - TINTENSIFIKA L-ĠLIEDA KONTRA D-DROGA FIL-FAĊILITÀ KORRETIVA TA’ KORDIN

pr2572
Date Icon 18/11/2013

Wara struzzjonijiet ċari tal-Ministru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Manuel Mallia biex isiru aktar spezzjonijiet spissi u għall-għarrieda fil-Faċilità Korretiva ta’ Kordin, tard illejla f’ċella f’Division 2 instabu żewġt iqratas b’sustanza suspettuża.

Id-droga nstabet f’ċella li fiha kien hemm żewġ priġunieri, bi priġunier minnhom instab bi droga f’idu u l-ieħor instab izomm apparat relatat ma’ teħid tad-droga. Iż-żewġ priġunieri tpoġġew immedjatament f’ċella ta’ iżolament.

Bħalissa għadhom għaddejin l-ispezzjonijiet fiċ-ċellel kollha ta’ Division 2 permezz tal-klieb.

Il-Ministru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali japprezza l-isforz li qed isir biex jinqata’ l-abbuż ta’ droga mill-ħabs u jirrikonoxxi l-isforz li qed isir mill-istaff tal-Faċilità Korrettiva biex id-droga ma’ tidħolx fil-ħabs. Madankollu dan mhux biżżejjed u jeħtieġ li d-droga ma tidħolx fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow