IL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN B’SERVIZZ ĠDID GĦALL-MALTIN LI JGĦIXU BARRA MINN MALTA: IMNEDIJA IN-NOTIFIKA D
Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin nieda Notifika D, servizz ġdid għal dawk il-Maltin li jgħixu barra minn Malta. Permezz ta’ din in-Notifika volontarja għaċ-ċittadini Maltin li minħabba raġunijiet varji jsiefru minn Malta għal aktar minn xahar. Din in-Notifika Volontarja ser tikkumplimenta u ssaħħaħ is-servizzi konsolari li jagħti l-Gvern Malti lil dawk iċ-ċittadini Maltin li jinsabu barra minn xtutna.
Din l-inizjattiva ser tgħin biex tinħoloq struttura li tgħamilha aktar faċli li l-Gvern Malti, f’każijiet ta’ diżastri naturali, gwerrer, emerġenzi jew saram ieħor, li jkun jista’ jagħmel kuntatt aħjar mal-Maltin, li taw il-kunsens tagħhom permess ta’ Notifika D, u li jkunu jinsabu fiz-zoni milquta.
Minkejja li din in-Notifika ser tkun waħda volontarja, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin qed iħeġġeġġ lill-pubbliku biex jagħmel użu minnha speċjalment jekk se jkun qed isifier f’pajjiżi li huma riskjużi iktar minn oħrajn. L-esperjenzi passati, speċjalment dawk marbutin mar-Rebbiegħa Għarbija komplew saħħew l-importanza li l-Gvern Malti joffri dan is-servizz. Ta’ min isemmi wkoll li n-notifika inħadmet fuq esperjenzi ta’ pajjiżi oħrajn li joffru servizzi simili fosthom dawk tal-Awstralja u tar-Repubblika tal-Italja.
Din in-Notifika Volontarja se tinkludi fiha għadd ta’ taqsimiet li permezz tagħhom tindirizza kategoriji differenti ta’ persuni, fosthom min se jsiefer għall-btala ta’ iktar minn xahar, min ser ikun residenti permenanti barra minn Malta, u min ser ikun qed jaħdem f’xi zoni bħal xi rig taż-żejt. Dawn it-taqsimiet se jkunu qed joffru l-faċilita’ li l-persuna tniżżel id-dettalji tagħha skont il-katergorija u b’hekk il-Ministeru jkun jista’ joffri l-assistenza indirizzata skont il-bżonnijiet tagħha.
Minħabba li n-notifika ser tkun qed titlob dettalji personali bħal indirizzi, numri tat-telefowns u ijmels, il-Ministeru ħa l-miżuri neċessarji kollha biex tkun in regola mal-liġijiet kollha eżistenti li jirregolaw il-Protezzjoni tad-Dati, tant li n-Notifika tfasslet b’ħidma mill-qrib mal-Uffiċċju tal-Kummisarju tal-Protezzjoni tal-Informazzjoni u tad-Data. Il-Ministeru ħoloq ukoll sistemi ta’ proċedura biex l-informazzjoni miġbura tinqered wara ammont ta’ żmien skont kif imfassla fl-istess liġi.
In-Notifika ser tkun tista’ tinġabar mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u anki tinsab on-line fuq is-sit www.foreign.gov.mt Qed issir insistenza li n-Notifika tkun iffirmata u din għandha tintbat fl-eqreb Kummissjoni Għolja, Ambaxxata jew Konsolat Malti jew direttament lid-Direttur, id-Direttorat għall-Maltin li Jgħixu barra minn Malta fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta.
Stqarrijiet Oħra:
PR262035
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Il-Gver...
PR262034