Left arrow Mur Lura

3.8M EWRO FI PROĠETT CHILD CARE CENTRES BLA ĦLAS – PROĠETT ESSENZJALI GĦALL-IRKUPRU TAL-EKONOMIJA U GĦAT-TKABBIR EKONOMIKU FIS-SNIN LI ĠEJJIN

pr2456
Date Icon 06/11/2013

Sehem iċ-child care centres fil-qasam ekonomiku u soċjali u l-ħidma tal-Gvern sabiex jixprunahom tfissru mill-Prim Ministru Joseph Muscat waqt żjara liċ-Child Care Centre tal-Gvern “Is-Sardinella” f’San Ġwann. Dan iċ-ċentru hu wieħed mill-aktar ċentri avvanzati tal-pajjiż b’faċilitajiet mill-aqwa fejn it-tfal jingħataw esperjenza edukattiva li ttihom ċans jiżviluppaw.

Meta rrefera għal baġit Dr Muscat qal li dan se jnissel żewġ bidliet li se jibdlu wiċċ l-ekonomija ta’ pajjiżna, li huma l-pjan tal-energija u ċ-child care centres bla ħlas. Il-Prim Ministru sejħilhom bħala bidliet strutturali u strateġiċi li l-pajjiż għandu bżonn għall-kompetittività.

Il-Prim Ministru spjega kif il-frott ekonomiku ta’ child care centres bla ħlas se jkun essenzjali għall-irkupru tal-ekonomija u għat-tkabbir ekonomiku fis-snin li ġejjin biex joħloq aktar postijiet tax-xogħol u biex aktar persuni jitħajru joħorġu jaħdmu. Minħabba żieda prevvista fit-talba ta’ dan is-servizz se jkunu vvutati għalih 3.8 miljun ewro.

Il-Prim Ministru ħabbar li diġà saret konsultazzjoni informali mal-operaturi u mal-Ministri involuti f’dan il-qasam. Din il-konsutazzjoni se tissawwar f’white paper fiż-żmien li ġej. Hemm issues li l-Gvern qed jeżamina fosthom taħriġ speċjalizzat lill-carers.

Dr Muscat qal li dan se jkun proġett f’forma ta’ Public Private Partnership, fejn il-Gvern iżomm l-irwol li għandu filwaqt li jagħti spazju lis-settur privat biex ikompli jaħdem. Il-Prim Ministru saħaq li ħadd mhu se jkun imġiegħel jibgħat lit-tfal tiegħu f’child care centre partikolari filwaqt li l-ammont ta’ taxxa li jistgħu jieħdu lura ġenituri li jibagħtu lil uliedhom f’child care centre privat żdied minn €1,300 għal €2,000.

Min-naħa tiegħu, il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Evarist Bartolo saħaq fuq il-komponent pedagoġiku u soċjali tac-child care centres. Tenna li dawn iċ-ċentri m’għandhomx jitqiesu bħala parking space għat-tfal iżda bħala ċentri fejn jiżviluppaw kemm b’mod edukattiv kif ukoll b’mod personali. Għaldaqstant iċ-child care centres għandhom iservu ta’ stimolu u esperjenza edukattiva li tagħti ċans lit-tfal jiżviluppaw waqt li jinħoloq ambjent fejn il-ġenituri jkunu jistgħu joħorġu jaħdmu.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI     Il-Gvern jibqa’ determinat li jkompli jmexxi ’l quddiem il-wegħda elettorali ta’ 5 ijiem ta’ Family Violence Leave

PR262035

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Il-Gver...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  10 appartamenti ġodda ta’ akkomodazzjoni soċjali f’Paola

PR262034

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET 10 appartamenti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow