L-AMBAXXATUR TAR-REPUBBLIKA ĊEKA PETR BURIANEK JAGĦMEL ŻJARA TA’ KORTESIJA LILL-ISPEAKER TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI L-ONOREVOLI ANĠLU FARRUGIA
Tard matul il-jum tal-4 ta’ Novembru 2013, l-Ispeaker laqa’ fl-uffiċċju tiegħu lill-Ambaxxatur tar-Repubblika Ċeka akkreditat għal pajjiżna l-Eċċellenza Tiegħu Petr Burianek.
Matul il-laqgħa, l-Ispeaker irrifera għall-avveniment li nżamm matul il-jum fejn l-Ambaxxatur flimkien mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin l-Onorevoli George W. Vella , fil-preżenza ta’ mistiedna distinti, kixfu monument f’ġieħ statista rispettat Valcav Havel.
L-Ispeaker rrifera għal-laqgħa li kellu fis-sena 2002 ma’ Valcav Havel meta kien żar pajjiżna. L-Ispeaker talab ukoll lill-Ambaxxatur tar-Repubblika Ċeka akkreditat għal pajjiżna sabiex hekk kif il-Gvern Ċekk ikun inħatar hekk kif għadhom kif inżammu l-elezzjonijiet ġenerali, jinbeda l-proċess sabiex jiġi stabbilit Parliamentary Friendship Group bejn iż-żewġ parlamenti.
Stqarrijiet Oħra:
PR262035
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Il-Gver...
PR262034