L-AMBAXXATRIĊI TAR-REPUBBLIKA TA’ TURKIJA AKKREDITATA GĦAL PAJJIŻNA TAGĦMEL ŻJARA TA’ KORTESIJA LILL-ISPEAKER
pr2448
05/11/2013
Tard matul il-jum tal-bieraħ, l-Ambaxxatriċi tar-Repubblika ta’ Turkija akkreditata għal Malta, l-Eċċellenza Tagħha Nihal Cevik, għamlet l-aħħar żjara lill-Ispeaker hekk kif wasal fit-tmiemu l-mandat tal-ħatra.
L-Ispeaker irringrazzja lill-Eċċellenza Tagħha għall-kontribut li tat matul dawn l-aħħar snin, hekk kif kien innottat li r-relazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi kompliet titjieb, kif ukoll il-ħidma parlamentari bejn iż-żewġ parlamenti kompliet tissaħħaħ bl-intervent tagħha.
Stqarrijiet Oħra:
PR262035
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Il-Gver...
PR262034