TIFKIRA TAL-GĦARQA - GĦAWDEX
Dalgħodu il-Ħadd 3 ta’ Novembru ġiet imfakkra l-għarqa tat-30 t’ Ottubru 1948; traġedja li ħalliet tlieta u għoxrin vittma. It-tifkira ġiet imfakkra permezz ta’ quddiesa fuq il-vapur tal-kumpanija Gozo Channel M.V. Gaudos immexxija minn Dun Mikiel Xuereb u Mons. Dr. Joe Vella Gauci.
Il-Kongregazzjoni kienet taħt il-patroċċinju tal-Ministru għal Għawdex l-Onor. Dr. Anton Refalo u s-Sinjura Refalo. Preżenti wkoll kien hemm is-Segreatrju Parlamentari Għawdxi Dr. Franco Mercieca, l-Onor. Dr. Justyne Caruana, membri parlamentari oħra Għawdxin, iċ-chairman tal- Gozo Channel is-Sur Joe Cordina kif ukoll mistednin distinti u qraba tal-vittmi tat-traġedja.
Wara l-quddiesa, l-Onor. Ministru għal Għawdex Dr.Anton Refalo flimkien mal-mistednin imsemmija, xeħtu fjuri fil-baħar bħala omaġġ għal-din it- tifkira traġika.
Stqarrijiet Oħra:
PR262035
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Il-Gver...
PR262034