Left arrow Mur Lura

TITNIEDA L-AKKADEMJA TAŻ-ŻWIEMEL

pr2436
Date Icon 02/11/2013

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport, Stefan Buontempo, nieda l-Akkademja tat-Tiġrijiet taż-Żwiemel, li fiha tfal ta’ bejn is-6 u l-14-il sena se jkunu jistgħu jitħarrġu f’dan l-isport. Din l-akkademja qed issir bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Malti għall-Isport.

Waqt id-diskors tiegħu, Dr Buontempo qal li hu għandu fiduċja fil-kapaċitajiet tal-Marsa Racing Club li jistgħu imexxu din l-Akkademja biex tkompli tikber u tiffjorixxi. Għalhekk, għall-ewwel darba din l-Akkademja sejra titmexxa bħala public private partnership mill-klabb stess. Huwa qal li l-ħsieb tal-Gvern hu li għaqdiet oħra jimxu fuq dan il-mudell ta' tmexxija.

L-istudenti li se jattendu t-taħriġ li se jsir f’din l-akkademja ser ikollhom l-opportunità li juru l-ħiliet tagħhom waqt it-tiġrija tal-President’s Cup li ssir fit-13 ta’ Diċembru. Dan qed isir biex dawk li jattendu jkollhom esperjenza reali ta’ tiġrijiet taż-żwiemel.

Din l-Akkademja se tibda mis-Sibt 2 ta’ Novembru sas-Sibt 31 ta’ Mejju u għal dan il-għan saret lecture room ġdida fil-Korsa taż-Żwiemel tal-Marsa biex l-istudenti li ser jattendu f’din l-akkademja jkollhom ambjent aħjar.

Is-Segretarju Parlamentari Buontempo ħabbar li din is-sena fit-22 ta’ Diċembru ser isir il-Festival Ekwestru. Dan il-festival, li għal xi raġuni ma kienx sar fl-aħħar snin tal-amministrazzjoni preċedenti, għandu l-għan li f’ġurnata waħda, l-għaqdiet kollha li joffru sport ekwestru f’Malta joffru spettaklu lil dawk kollha li għandhom għal qalbhom iż-żwiemel. Dan il-festival se jiġi organizzat mill-Malta Racing Club, flimkien mas-Segretarjat Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport.

Aktar informazzjoni dwar l-Akkademja u l-Festival Ekwestru tista’ tinkiseb mill-Malta Racing Club il-Marsa.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI     Il-Gvern jibqa’ determinat li jkompli jmexxi ’l quddiem il-wegħda elettorali ta’ 5 ijiem ta’ Family Violence Leave

PR262035

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Il-Gver...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  10 appartamenti ġodda ta’ akkomodazzjoni soċjali f’Paola

PR262034

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET 10 appartamenti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow