Left arrow Mur Lura

L-EKONOMIJA L-ĦADRA: WASAL IL-MUMENT TAT-TWETTIEQ – IL-MINISTRU LEO BRINCAT

pr2432
Date Icon 01/11/2013

Diskors mill-Onorevoli Leo Brincat, Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima fil-ftuħ ta’ Seminar għall-istakeholders, korpi kostitwiti u membri tas-soċjeta' ċivili organizzat mill-Ministeri tal- Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima u tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Ippermettuli nsellem lill-qawsalla li għandna quddiemna. Qawsalla ta’ parteċipanti. Minn employers sa trade unjonisti. Industrijalisti u uffiċjali tal-Gvern. Nies diġa fi green jobs, eNGOs. Żviluppaturi, akkademiċi, konsulenti, lukandiera, bankiera, nies fl-enerġija u teknoloġija nadifa, studenti universitarji u nies direttament involuti fl-izvilupp sostenibbli.

Ma ġejniex hawn biex nippuntaw subgħajna lejn xi ħadd jew biex inħarsu lura. Dmirna huwa li fejn tidħol l-ekonomija l-ħadra u l-ħolqien ta' Green Jobs mhux biss nħarsu l-quddiem iżda li fl-iqsar żmien possibbli nfasslu strateġija ċara maqbula bejn kulħadd sabiex inkunu nistgħu ngħaddu għall-pjan konkret t'azzjoni.

 Dan irridu nagħmluh flimkien.

Minkejja li din is-sena fil-budget ma kienx hemm Ewro wieħed ivvutat għal din il-ħidma fejjieda, rridu niżguraw flimkien li s-sena d-dieħla tkun il-bidu tat-twettieq.

Għandna fuq xiex nibnu u naħdmu.

Ħafna korpi kostitwiti mill-employers u dawk li jirrapreżentaw l-industrija, t-teknoloġija, r-riċerka  u t-trade unions fost oħrajn, nafu li għamlu ħafna studji interessanti anki permezz tal-kuntatti tagħhom barra minn xtutna.

Issa hemm bżonn nagħmlu sforz kollettiv u anqas ifframentat.

Ħalli noħorġu bi pjan t'azzjoni nazzjonali.

In-nies t' hemm barra jridu riżultati konkreti u mhux strateġija u policies sbieħ biss fuq il-karta.

Il-presenza tagħkom illum, anki fuq livell kwalitattiv, tixhed l-impenn tagħkom lkoll biex din it-tranżizzjoni sseħħ, u sseħħ fl-iqsar żmien possibbli.

Biex naslu mhux biss qed nipproponu s-sena 2020 bħala 'time horizon', iżda hemm bżonn targets intermedji.

Illum għażilna li nistiednu żewġ kelliema barranin, esperti f'dan is-settur, ħalli jaqsmu magħna l-esperjenzi tagħhom f'dan il-qasam, minkejja it-taqlib ekonomiku li kien għaddej fih pajjiżom meta għamlu dan.

Għalkemm ser inkunu qed nilqgħu kull suġġeriment prattiku bill-kitba anki mill-individwi preżenti u t' hemm barra, ser nkunu qed nistiednu lill-korpi kostitwiti biex jinnominaw persuni min naħa tagħhom, ħalli naslu kemm jista jkun għat-twettieq ta' pjan t'azzjoni. Dan sabiex jikkumplimentaw l-ħidma li tinsab għaddejja minnha l-Core Group u li ser tkun tagħmel parti mill-Inter Ministerial Task Force li waqqaf il-Gvern.

Il-preżenza tagħkom illum hija xhieda tal-interess qawwi tagħkom biex dan kollu jirnexxi.

Min naħa l-oħra l-presenza tagħna u tal-Ministeri tagħna hija daqstant ieħor xhieda tar-rieda politika tagħna li naraw dan l-proċess iseħħ.

 Il-bieb tagħna miftuh għal kulħadd u għall-ideat u s-suġġerimenti prattiċi ta' kulħadd.

Nagħlaq bi kliem il-Kummissarju Ewropew għall-Ambjent: Real Growth can only be achieved through Green Growth.

Inroddilkom ħajr bil-quddiem.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI     Il-Gvern jibqa’ determinat li jkompli jmexxi ’l quddiem il-wegħda elettorali ta’ 5 ijiem ta’ Family Violence Leave

PR262035

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Il-Gver...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  10 appartamenti ġodda ta’ akkomodazzjoni soċjali f’Paola

PR262034

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET 10 appartamenti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow