Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTER GHALL-INTERN U SIGURTÀ NAZZJONALI

pr2429
Date Icon 01/11/2013

L-aġenda tal-Oppożizzjoni tidher li qed timxi id f'id ma' azzjonijiet ta' kumpanija li ma ħaditx il-kuntratt biex tmexxi l-Individual Investor Programme, li fiha għandu interess personali Deputat Nazzjonalista.

Din l-aġenda tkompli tiġi esposta mill-fatt li l-każ fil-Qorti huwa ppreżentat minn kandidat ieħor tal-Partit Nazzjonalista.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni għandu ħafna x' iwieġeb dwar dawn il-possibiltajiet ta' kunflitti ta' interess.

Irid iwieġeb ukoll kif l-istrateġija ta' ttardjar li qed tipprova twettaq l-Oppożizzjoni tilgħab f'idejn il-kumpanija mhux magħżula u li magħha hemm assoċjat Membru Parlamentari Nazzjonalista.

Din l-istess kumpanija tmexxi programmi simili f'pajjiżi oħra u għandha interess li l-programm Malti jiġi ttardjat kemm jista' jkun. Jeżisti suspett ċar li l-Partit Nazzjonalista qed jilgħab id f’id ma’ din il-kumpanija.

Il-Gvern Malti se jibqa’ kommess li jwettaq dan il-pjan għal ġid tal-pajjiż u tal-familji u n-negozji Maltin u Għawdxin.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI     Il-Gvern jibqa’ determinat li jkompli jmexxi ’l quddiem il-wegħda elettorali ta’ 5 ijiem ta’ Family Violence Leave

PR262035

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Il-Gver...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  10 appartamenti ġodda ta’ akkomodazzjoni soċjali f’Paola

PR262034

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET 10 appartamenti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow