Left arrow Go Back

L-INFIEQ FUQ L-AMBJENT MHUWIEX SPIŻA IŻDA INVESTIMENT - IL-MINISTRU LEO BRINCAT

pr2428
Date Icon 31/10/2013

Diskors mill-Onorevoli Leo Brincat, Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima fil-ftuħ ta’ Seminar - L-AMBJENT U JIEN - organizzat mill-Kunsill Lokali Birgu

Fil-qasam ambjentali kemm il-Gvernijiet Ċentrali kif ukoll dawk lokali jinħtieġ li juru leadership qawwi fejn jidħol l-ambjent.

Ikun żbaljat min jaħseb li għandna l-ewwel nistennew l-ekonomija tikber biex inżidu l-investiment fl-ambjent.

It-theddid għall-ambjent wara kollox mhuwiex ser joqgħod jistenna xi problemi u jew kriżijiet ekonomiċi jgħaddu biex jibda jittaffa.

Għal kuntrarju jekk nimpenjaw ruħna bis-sħiħ favur l-ambjent inkunu mingħajr ma nafu qegħdin nħaffu l-proċess tal-qawmien ekonomiku fuq l-aktar linji sostenibbli.

Dan nistgħu nagħmluh aħna bħala Gvern u intom bħala parti mill-Gvern Lokali flimkien maċ-ċittadini li flimkien jagħmlu s-soċjetà ċivili li tirrapreżentaw.

Hemm bżonn li mhux biss nuru rispett lejn policies ambjentali sodi, iżda aktar minn hekk li nimbarkaw fuq proġett ambjentali li minnu jgawdu n-nies filwaqt li jkabbru il-kuxjenza tal-istess nies favur l-ambjent.

Mingħajr għarfien xieraq għall-ambjent dan kollu jibqa’ biss ħolm sabiħ fuq l-karta.

Biex nilħqu l-miri tagħna hemm bzonn li kulħadd inkluż l-Gvernijiet Lokali jkunu konxji l-ħin kollu ta' x’inhuma dawn l-miri, kif beħsiebna nilħquhom u idealment, sa meta wkoll.

L-impenn tagħna jkun jista’ jitkejjel jekk nikkonvinċu lin-nies li verament għandna viżjoni dwar l-ambjent, kif ukoll li ngħarrfu lill-kunsilli u lin-nies infushom bil-miri ambjentali tagħna.

Inkunu nistgħu ngħidu li għandna kommunitajiet b'saħħitom biss  meta verament aħna u huma stess ikunu konvinti li n-nies qed igawdu aċċess indaqs għal għola standards ambjentali fil-belt u raħal li jkunu qed jgħixu fih.

Dawk il-lokalitajiet li jgħollu l-istandards ambjentali għandhom jingħataw għarfien akbar ħalli jiġu nkoraġġati jintensifikaw l-isforzi tagħhom favur l-ambjent.

Daqstant ieħor ċ-ċittadin innifsu m’għandux jibża u jew iżomm lura milli jimbotta l-ideat tiegħu dwar kif tisħieħ simili jista jsir, idealment fl-iqsar żmien possibbli.

Kunsilli Lokali li ma jpoġġux l-ambjent u t-titjib tal-kwalità tal-ħajja fuq quddiem nett tal-aġenda tagħhom ikunu qed jonqsu serjament lill-istess nies li jkunu ivvutawlhom.

Dawn l-isforzi għandhom ikunu fil-qalba tal-istrateġija meħtieġa biex iġġib bilanċ ġdid fl-ekonomija għal ġid ta' kulħadd – mill-pajjiż innifsu, sal-kommunita' u anki fuq il-livell ta' int u jien, ħalli jkollna s-serħan il-moħħ li l-firxa tkun waħda ekwa, ġusta u skont kemm meħtieġ.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI     Il-Gvern jibqa’ determinat li jkompli jmexxi ’l quddiem il-wegħda elettorali ta’ 5 ijiem ta’ Family Violence Leave

PR262035

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Il-Gver...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  10 appartamenti ġodda ta’ akkomodazzjoni soċjali f’Paola

PR262034

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET 10 appartamenti...

More Press Releases Right arrow