Left arrow Go Back

BIRKIRKARA U L-FUĦĦAR

pr2424
Date Icon 31/10/2013

L-Onor José Herrera, Segretarju Parlamentari tal-Kultura u l-Gvern Lokali tkellem dwar l-importanza tal-attivitajiet kulturali li qegħdin jittellgħu fil-bliet u r-rħula Maltin.

L-Onor Herrera kien qiegħed jitkellem waqt it-tnedija tal-attività Birkirkara u l-Fuħħar li ser tittella’ nhar is-Sibt f’Birkirkara. Din l-attività hija waħda mill-appuntamenti li jittellgħu fil-Kunsilli Lokali u li qegħdin jagħtu identità  lil dawn il-lokalitajiet. “Aktar ma’ jmur iż-żmien aktar qegħdin nagħtu importanza l-irwol li għandhom il-Gvernijiet Lokali fl-organizzazzjoni ta’ attivitajiet kulturali ġewwa l-Kunsilli. Dan mhux biss għaliex qegħdin jagħtu identità lil-lokalità iżda wkoll għaliex permezz ta’ dawn qegħdin jinfetħu opportunitajiet kreativi ġodda. Barra minn hekk huwa mezz edukattiv fejn il-pubbliku qed jitgħallem waqt li qiegħed jiddeverti ruħu.”

“Fl-intervent li għamilt waqt il-25 Sessjoni Plenarja tal-Kungress tal-Awtoritajiet Lokali u Regjonali tal-Kunsill tal-Ewropa, ħareġ ċar l-importanza ta’ dawn l-attivitajiet kulturali għaliex mhux biss qegħdin jagħtu tagħrif utli fuq livell lokali iżda qegħdin jagħtu kontribut lill-identità nazzjonali. Il-Gvern ċentrali qiegħed jgħin permezz ta’ skemi diversi li qegħdin jingħataw biex dawn l-attivitajiet iseħħu. Dawn jikkonsistu f’għajnuna li tingħata lill-Kunsilli Lokali permezz tal-iskema Attivitajiet Kulturali, li ġiet imġedda ftit tal-jiem ilu. Din is-sena dawn l-attivitajiet ser ikollhom ukoll l-integrazzjoni tal-V.18 sabiex Malta tingħata garanzija meta fl-2018 il-kunsilli lokali kollha flimkien mal-Belt Valletta ikun qegħdin jiċċelebraw it-titlu tal-Belt Kapitali Ewropea.”

“L-għaqdiet volontarji huma mħeġġa li jorganizzaw it-talent tagħhom sabiex ikattru l-kultura Maltija. Sabiex ngħinu lil dawn l-ognizzazzjonijiet, is-Segretarjat Parlamentari tal-Kultura u l-Gvern Lokali nieda skema Local Culture Initiative Fund illi l-għan tagħha huwa li jinċentiva dawn l-inizjattivi u biex jgħin il-kultura fuq livell lokali sabiex jiġi żvilluppat.”

L-attività Birkirkara u l-Fuħħar  tibda fis-sitta u nofs nhar is-Sibt 2 ta’ Novembru u ser isseħħ fi Triq il-Kbira u Pjazza Sant’Elena f’Birkirkara. Din hija attività għall-familja kollha bil-parteċipazzjoni ta' numru kbir ta' talent Karkariż, għana tradizzjonali,wirjiet, re-enactments, artiġġjanat u sehem ta’ diversi personalitajiet popolari fosthom Freddie Portelli u Renato Micallef.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI     Il-Gvern jibqa’ determinat li jkompli jmexxi ’l quddiem il-wegħda elettorali ta’ 5 ijiem ta’ Family Violence Leave

PR262035

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Il-Gver...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  10 appartamenti ġodda ta’ akkomodazzjoni soċjali f’Paola

PR262034

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET 10 appartamenti...

More Press Releases Right arrow