STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI
Id-diskors tal-lejla tal-Kap tal-Oppożizzjoni jista' jitniżżel fl-istorja Parlamentari bħala wieħed mill-aktar negattivi ta' kull żmien.
Dr Simon Busuttil forsi jaħseb li qed jagħmel ħsara lill-Gvern iżda fil-verità qed jagħmel biss ħsara lill-pajjiż.
Dr Busuttil inqabad f'kontradizzjoni meta tkellem li hu kontra l-Individual Investor Programme fuq punt ta' prinċipju iżda mbagħad irid jagħmel emendi għal programm.
Il-Gvern se jħalli lill-Oppożizzjoni tegħreq fin-negattività u se jibqa’ jikkonċentra fuq il-ħolqien tal-ġid u t-tqassim ġust tiegħu.
Rigward it-theddida tal-Kap tal-Oppożizzjoni, li anki jikkunsidra li jirtira ċittadinza mogħtija, huwa ċar li Dr Busuttil ma jafx x'tgħid il-liġi ta' pajjiżna.
Dan għaliex, l-ebda Prim Ministru jew Ministru ma jista' jirtira ċittadinanza, jekk mhux fuq reati gravi spjegati f'Artiklu 14 tal-Liġi taċ-Ċittadinanza.
Stqarrijiet Oħra:
PR262035
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Il-Gver...
PR262034