IL-MINISTRU LEO BRINCAT F’LAQGĦA MA’ RAPPREŻENTANT TAL-KUMPANIJA STATALI OLANDIŻA TNO DWAR L-IŻVILUPP SOSTENIBBLI
pr2411
30/10/2013
Il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima, l-Onor. Leo Brincat, dalgħodu kellu laqgħa fl-uffiċċju tiegħu ma’ Dott. Emile Elewaut, Direttur għar-Relazzjonijiet Barranin, Enerġija u Riżorsi Naturali tat-TNO (Netherlands Research and Technology Institute, Innovations for Sustainable Life) li fiha ddiskutew diversi issues marbutin mal-iżvilupp sostenibbli, fosthom l-immaniġġjar tal-iskart.
Fil-laqgħa, il-Ministru Brincat qal li hija x-xewqa tal-Gvern Malti li jsaħħaħ il-kollaborazzjoni mal-Gvern Olandiż fil-qasam tal-iżvilupp sostenibbli fid-dawl tal-avvanzi kbar li dawn tal-aħħar għamlu f’dan il-qasam.
Other Press Releases:
PR262035
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Il-Gver...
PR262034