STQARRIJA MILL-MINISTER GHALL-INTERN U SIGURTÀ NAZZJONALI
pr2408
29/10/2013
Il-Ministeru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali jiċħad kategorikament li Henley and Partners ser jitħallsu €140,000 commission fuq kull applikazzjoni ta’ ċittadinanza.
Il-Kelliem tal-Opożizzjoni bħas-soltu, wasal għal konklużjonijiet mgħaġġla mingħajr ma għamel ir-riċerka meħtieġa. Dan l-aġir qed isir jew minħabba l-immaturità politika tal-Kelliem jew inkella aktar agħar għax l-istess Kelliem irid b’intenzjoni ċara jipprova jxekkel dan il-programm li ser ikun tant ta’ benefiċċju għall-ekonomija Maltija.
L-istess aġir ta’ scaremongering’ li l-Opożizzjoni użat qabel l-elezzjoni qed ikompli jintuża issa għax l-Opożizzjoni qed tara li dan il-gvern qed ikun proattiv u jaddota politika ġdida biex inaqqas il-piż tat-taxpayer Malti.
Other Press Releases:
PR262035
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Il-Gver...
PR262034