Left arrow Mur Lura

IR-REKORD FIT-TURIŻMU DAN IS-SAJF QIEGĦED JIĠĠENERA MILL-ĠDID KURAĠĠ FOST IN-NEGOZJANTI U DAWK KOLLHA INVOLUTI FIS-SETTUR TURISTIKU

pr2400
Date Icon 28/10/2013

Matul Awwissu 2013 ġiet reġistrata żieda ta’ 9.6% fil-wasla ta’ turisti lejn Malta. Il-Ministeru għat-Turiżmu jilqa’ din l-aħbar b’sodisfazzjon.

Il-Ministeru għat-Turiżmu jinnota b'sodisfazzjon ir-riżultati mill-aktar pożittivi ppublikati aktar kmieni llum mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika dwar iċ-ċifri ta' turisti li waslu f'Malta matul Awwissu li għadda.

Għal darb'oħra x-xahar t'Awwissu reġa' kien wieħed b'saħħtu, fejn kienet irreġistrata żieda ta' 9.6% fejn jidħlu wasla ta' turisti lejn Malta. L-istess żieda kienet riflessa wkoll fl-ammont ta' ljieli li t-turisti qattgħu f'pajjiżna fejn hawn ukoll kienet irreġistrata żieda ta' 7.3% fuq l-istess xahar tas-sena l-oħra.

Ir-rekord li esperjenza pajjiżna fit-turiżmu dan is-sajf qed jiġġenera mill-ġdid kuraġġ fost in-negozjanti u dawk kollha involuti fl-industrija turistika u dan jawgura tajjeb biex f'pajjiżna jkompli jkollna tkabbir ekonomiku.

Il-Ministeru għat-Turiżmu jtenni l-impenn tiegħu biex dan is-settur tant vitali għal pajjiżna jibqa' jrendi riżultati pożittivi grazzi għall-ħidma kollettiva li qegħda ssir flimkien mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u mal-operaturi kollha involuti fis-settur turistiku.

Kif anke stqarr il-Ministru għat-Turiżmu Karmenu Vella fil-jiem li għaddew, fid-dawl taż-żieda ta' 5% fis-seat capacity lejn Malta għax-xhur tax-xitwa, fejn din mistennija ssarraf f'żieda ta' madwar 100,000 seat 2-way, il-Ministeru se jkun qed jagħmel kull sforz possibbli biex pajjiżna jesperjenza riżultati pożittivi anke f'dan il-perjodu.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI     Il-Gvern jibqa’ determinat li jkompli jmexxi ’l quddiem il-wegħda elettorali ta’ 5 ijiem ta’ Family Violence Leave

PR262035

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Il-Gver...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  10 appartamenti ġodda ta’ akkomodazzjoni soċjali f’Paola

PR262034

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET 10 appartamenti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow