TAĦRIĠ LI JWASSAL GĦAT-TWETTIEQ TAL-ĠUSTIZZJA SOĊJALI
F’ċerimonja li saret fl-Aula Magna tal-Università ta’ Malta fil-Belt Valletta, l-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali l-Onor. Marie-Louise Coleiro Preca ppreżentat ċertifikati ta’ parteċipazzjoni lil wieħed u sebgħin uffiċjal fi ħdan il-Ministeru li attendew għall-kors dwar ‘Il-Politika Soċjali u l-Ġustizzja Soċjali’
Il-kors li ngħata mill-Professur Maurice Mullard, mill-Università ta’ Hull fir-Renju Unit inkluda lectures, workshops u preżentazzjonijiet mill-ufficjali nfushom.
Qabel l-għoti taċ-ċertifikati, l-Ministru għall-Familja u Solidarjeta’ Soċjali l-Onor. Marie-Louise Coleiro Preca qalet li dan it-taħriġ kien utli għall-Uffiċjali tal-Ministeru biex jgħinhom jassiguraw aktar it-twettieq tal-ġustizzja soċjali.
Sostniet li kien neċessarju wkoll għaliex kulhadd ikun parteċipi b’mod sħiħ u dirett fil-proġetti tal-Ministeru.
Temmet tgħid li jeħtieġ li nkomplu nħarrġu iktar nies validi fis-settur biex nagħmlu soċjeta’ li taħdem favur il-ġustizzja soċjali.
Other Press Releases:
PR262035
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Il-Gver...
PR262034