Left arrow Mur Lura

JINĠABRU 114 DOKUMENT GĦALL-ESPRESSJONIJIET TA’ INTERESS GĦAL ERBA’ SITI STORIĊI LI GVERN ĦAREĠ FL-4 TA’ OTTUBRU 2013

pr2396
Date Icon 28/10/2013

B’kollox inġabru 114 dokument għas-sejħa ta’ Interess  għal-erba siti li huma propjetà tal-gvern u li huma vakanti biex ikunu immexxija minn individwi jew entitajiet li huma interessati.

Nhar il-Ħamis 24 t’Ottubru kienet l-aħħar ġurnata meta setgħu jinġabru dawn id-dokumenti. Id-dokumenti inġabru kif ġej:

• Strickland Palace – inġabru 44 dokument

• Busbesija – inġabru 28 dokument

• Palazz l-aħmar – inġabru 26 dokument

• Isolation Hospital – inġabru 16 dokument

Kien fl-Erba t’Ottobru meta is-Segretarju Parlamentari Michael Farruġia ipprezenta sejħa ta’ interess għal dawn l-erba’ siti storiċi bil-għan illi fejn hemm propjetà li tappartjeni lil gvern u mhux qed tkun utilizzata, issir attiva.

Dan in-numru sostanzjali ta’ dokumenti li nġabru juri kemm hemm rieda biex siti bħal dawn ikunu jistghu jintużaw b’mod illi jiġġeneraw aktar investiment f’pajjiżna.

Kull min se jidħol ghal dawn il-proġetti irid jipprezenta lil gvern pjan ta’ kif se jkunu ekonomikament u soċjalment vijabli filwaqt illi irid jagħti ċertezza li l-pubbliku ikollu aċċess għal dawn is-siti.

Il-Palazz l-aħmar fil-Marfa, limiti tal-Mellieħa jikkonsisti f’bini maqsum fuq żewġ sulari u kien mibni mill-kavallieri ta’ San Ġwann fil-bidu tas-seklu tmintax.

Il-Palazz Strickland, iż-Żebbiegħ, limiti tal-Mġarr magħruf ukoll bħala Charlie’s Castle kien mibni madwar mitt sena ilu bi stil ta’ arkittetura militari Ingliża.

Art fil-limiti tal-Mosta magħrufa bħala tal-Busbesija. Din l-art Vakanti fil- Mosta, fiha wkoll huts militari u bħalissa tinsab abbandunata.

L-Isolation Hospital, Mtarfa kien mis-servizzi Inglizi fl- elf disgħa mija u erba u għoxrin u huwa bini li jinsab f’żona ta’ żvilupp.

Din l-istedina għal-espressjonijiet ta’ Interess saret bħala parti minn riċerka li d-Dipartiment Propjeta’ tal-Gvern qed jagħmel biex ikun jista’ jidentifika għazliet differenti kif din il-propjetà tista’ tintuża.

Is-Sottomissjonjiet għandhom jaslu għand il-kummissarju tal-artijiet sa mhux aktar tard minn nofs in-nhar tal-Ħamis, 12 ta’ Diċembru 2013.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI     Il-Gvern jibqa’ determinat li jkompli jmexxi ’l quddiem il-wegħda elettorali ta’ 5 ijiem ta’ Family Violence Leave

PR262035

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Il-Gver...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  10 appartamenti ġodda ta’ akkomodazzjoni soċjali f’Paola

PR262034

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET 10 appartamenti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow