IL-GVERN ĦA NOTA TAL-QBIL MINN NAĦA TAL-OPPOŻIZZJONI MAD-DIREZZJONI ĠENERALI TAL-ABBOZZ TAL-PJAN GĦALL-IMMANIĠĠJAR TAL-ISKART U SER JIBQA' MIFTUĦ GĦAL KULL SUĠĠERIMENT SAT-22 TA' NOVEMBRU
Il-Gvern ħa nota tal-qbil minn naħa tal-Oppożizzjoni mad-direzzjoni ġenerali tal-abbozz tal-Pjan għall-Immaniġġjar tal-iskart li tħejja minn tim tekniku. Il-Gvern ser jibqa' miftuħ għas-suġġerimenti sat-22 ta' Novembru, jiġu minn fejn jiġu, anke dawk mill-partiti politiċi.
Kif diġà tħabbar fil-jiem li ġejjin fuq suġġeriment tal-Ministeru stess dan l-abbozz sejjer jiġi diskuss fi ħdan l-MCESD.
Li jinħtieġ li jiġi ppreċiżat huwa dan:
* li għalkemm kien hemm bosta suġġerimenti minn stakeholders biex jiddaħħlu xi taxxi ġodda fuq l-iskart, l-Gvern ma għandu ebda ħsieb li jagħmel dan.
* l-impenn tal-Gvern dwar l-eko-kontribuzzjoni kif diġà ġie kkomunikat lill-istakeholders kummerċjali huwa li tingħata ħarsa ħolistika lejha minn kull aspett, fid-dawl tat-tħassib serju li urew l-istakeholders dwar l-operat tagħha.
* u li kull tibdil li jista' ikun hemm fis-sistema tal-ġbir tal-iskart issir biss wara li jintlaħaq qbil u mhux b'impożizzjoni.
Il-Gvern ma għandu ebda ħsieb li jitlef xi fondi allokati mill-UE. Il-Gvern jagħmilha ċara li s-SEA (strategic environmental assessment) qed isir għaliex dan huwa pjan u mhux proġett.
Other Press Releases:
PR262035
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Il-Gver...
PR262034