Left arrow Go Back

IL-KUMMISSJONI BONELLO F’DISKUSSJONIJIET MA’ MEMBRI TAL-ĠUDIKATURA FL-ISTATI UNITI PERMEZZ TA’ VIDEOCONFERENCING

pr2385
Date Icon 26/10/2013

Il-Kummissjoni għar-Riforma Ħolistika fil-qasam tal-Ġustizzja mmexxija mill-Imħallef Emeritu Giovanni Bonello kellha sessjoni ta’ ħidma permezz ta’ Video Conference ma’ membri tal-Ġudikatura fl-Istati Uniti.

F’din il-videoconference, li saret frott il-kollaborazzjoni bejn is-Segretarjat Parlamentari għall-Ġustizzja u l-Ambaxxata Amerikana, ġew diskussi temi ewlenin fil-qasam tar-riforma fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja fosthom best practices dwar kif jitnaqqas id-dewmien fil-Qrati u tiżdied l-effiċjenza, il-komportament etiku u l-proċedura ta’ criminal discovery.

F’din is-sessjoni ta’ ħidma, li damet iktar minn tliet siegħat, ipparteċipaw l-Imħallef Giovanni Bonello u Dr Ramona Frendo mgħejjuna mis-Segretarju tal-Kummissjoni s-Sur Manuel Sciriha u l-Imħallfin Amerikani Virginia M. Hernandez Covington u Joanne Seybert.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI     Il-Gvern jibqa’ determinat li jkompli jmexxi ’l quddiem il-wegħda elettorali ta’ 5 ijiem ta’ Family Violence Leave

PR262035

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Il-Gver...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  10 appartamenti ġodda ta’ akkomodazzjoni soċjali f’Paola

PR262034

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET 10 appartamenti...

More Press Releases Right arrow