Left arrow Mur Lura

L-ONOR. CARMELO ABELA JIEĦU SEHEM F’SEMINAR ORGANIZZAT MILL-COMMONWEALTH PARLIAMENTARY ASSOCIATION F’LONDRA

pr1318
Date Icon 24/06/2013

Il-Whip tal-Grupp Parlamentari Laburista, l-Onor. Carmelo Abela, għadu kif ġie lura Malta wara li ħa sehem fit-62 Seminar organizzat mill-Commonwealth Parliamentary Association fil-bini tal-Parlament Ingliż f’Westminster, Londra.

F’dan is-Seminar, li kellu t-titlu ta’ Parliamentary Practice and Procedure, ġew ittrattati u diskussi numru kbir ta’ temi marbuta mal-ħidma Parlamentari, inkluż ix-xoghol tal-Membri Parlamentari u kif tista’ tissaħħaħ id-demokrazija Parlamentari.  Il-parteċipanti ġew minn diversi pajjiżi tal-Commonwealth.  Huma ġew indirizzati minn numru ta’ personalitajiet li ghandhom sehem u impatt fuq il-proċedura u l-prattika Parlamentari fir-Renju Unit.

Il-Whip tal-Gvern Carmelo Abela qasam ma’ dawk preżenti l-ħsibijiet u l-esperjenzi tiegħu, u għamel ukoll numru ta’ mistoqsijiet fid-diversi sessjonijiet ta’ dan is-seminar.

Carmelo Abela jemmen li dan is-seminar kien utli għalih bħala Whip tal-Gvern, speċjalment fid-dawl tal-bidliet li hemm bżonn li jsiru fil-mod kif jaħdem u jiffunzjona l-Parlament Malti ħalli dejjem tissaħħaħ id-demokrazija Parlamentari fl-interess tal-poplu.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Fi tmiem il-ġimgħa se jsiru l-pagamenti tal-iskemi tal-anomaliji għall-2026

PR262029

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Fi tmiem il-ġ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

Aktar Stqarrijiet Right arrow