Left arrow Mur Lura

IL-PRESIDENT GEORGE ABELA JŻUR TAL-PIETÀ

pr1316
Date Icon 23/06/2013

“Is-sens ta’ komunità jinħass fil-ħidma tal-għaqdiet volontarji fi ħdan il-lokalità Tal-Pietà li jaħdmu b’sens ta’ appartenenza f’diversi għaqdiet reliġjużi, soċjali u politiċi.” Dan qalu l-President George Abela meta flimkien mas-Sinjura Abela dalgħodu temm żjara uffiċjali f’Tal-Pietà.

Iż-żjara bdiet nhar it-Tlieta meta ltaqa’ mal-għaqdiet volontarji tal-lokalità u sema’ lir-rappreżentati ta’ diversi gruppi, dwar kif permezz ta’ diversi inizjattivi matul is-sena u flimkien mal-Kunsilli Lokali jaħdmu flimkien sabiex joħolqu l-ġid komuni. 

Iż-żjara tal-Ħadd bdiet billi ltaqa’ man-Nursery tal-Pietà Hotspurs Youth Nursery waqt sezzjoni tat-training. Segwiet bil-quddies fil-Knisja tal-Parroċċa u wara ltaqa’ mar-residenti fis-Sala tal-Parroċċa. Il-President awgura lis-Sindku Keith Tanti, lill-Kunsilliera u l-għaqdiet għal iktar ħidma fejjieda.

Il-President u s-Sinjura Abela kellhom l-opportunità jżuru l-PBS Creativity Hub fi Gwardamanġa li għadu kif ġie ristrutturat sabiex joffri l-aħjar servizz lill-Poplu Malti. Il-President George Abela esprima l-pjaċir tiegħu jara dan il-bini u saħaq fuq l-importanza li wieħed ma jibżax mill-bidla u jindirizza lis-soċjetà u r-realtajiet li jeżistu billi dejjem jaġġorna ruħu maż-żminijiet.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Fi tmiem il-ġimgħa se jsiru l-pagamenti tal-iskemi tal-anomaliji għall-2026

PR262029

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Fi tmiem il-ġ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

Aktar Stqarrijiet Right arrow