IL-MINISTRU GEORGE VELLA IPPREŻENTAT BL-AUDIT LI SAR DWAR L-AMBAXXATI MALTIN
Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin irċieva r-rapport li sar minn Kummissjoni li tqabbdet mill-Ministru George Vella biex tawditja l-Ambaxxati Maltin. Ir-rapport kien ippreżentat dalgħodu miċ-Chairman tal-Kummissjoni Dr Stephen Calleja lill-Ministru George Vella f’laqgħa li saret fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin.
Ir-rapport janalizza x-xogħol li qed isir mill-Ambaxxati Maltin f’diversi pajjiżi biex il-gvern ikun jista’ jtejjeb l-operat tagħhom. Il-Ministru George Vella irringrazzja lill-Kummissjoni li kienet komposta wkoll mill-Ambaxxaturi Giovanni Miceli, George Doublesin u minn Dennis Vella.
Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin mistenni janalizza dan ir-rapport biex fiż-żmien li ġej jieħu dawk id-deċiżjonijiet li permess tagħhom tiżdied l-effiċjenza fl-Ambaxxati Maltin, wara li jkunu identifikati n-nuqqasijiet u kif dawn jistgħu ikunu indirizzati.
Stqarrijiet Oħra:
PR262029
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Fi tmiem il-ġ...
PR262028