L-ONOR. ZAMMIT LEWIS: IL-KOPERATTIVI GĦANDHOM JAĦDMU BIEX JILĦQU SWIEQ ĠODDA U JINVESTU AKTAR FIT-TEKNOLOĠIJA
Iktar kmieni llum, l-Onor Dr Edward Zammit Lewis għamel żjara uffiċċjali għand il-Koperattivi Malta fejn iltqagħa mall-Kumitat tal-Koperattivi Malta u rapreżentanti tal-koperattivi lokali. Huwa spjega kif l-koperattivi Maltin għandhom ikollhom rwol importanti biex iżidu t-tkabbir ekonomiku ta’ pajjiżna. Zammit Lewis saħaq li l-koperattivi lokali għandhom jaħsbu biex jilħqu niċeċ u swieq ġodda biex iżidu l-operat u x-xogħol tagħhom.
L-Onor. Zammit Lewis għamila ċara li s-sole trader Malti irid jagħraf il-vantaġġi ta’ meta jikkopera ma’ ħaddieħor u b’hekk jidħol jew jingħaqad f’koperattivi ħalli b’hekk ikun jista’ iżid il-kompetittività u l-vantaġġi fit-tul tiegħu u tal-kollegi tiegħu.
Il-rapreżentanti ressqu l-ħsibijiet tagħhom għal dak li għandu x’jaqsam mat-tkabbir ekonomiku u l-kompettività ta’ pajjiżna. B’mod partikulari spjegaw kif fl-aministrazzjoni li għaddiet il-Koperattivi ma kienux ikunu eliġibbli għall-skemi partikolari. Zammit Lewis innota dan u wiegħed li se jkun qed jaħdem biex il-Koperattivi jkunu jistgħu jgawdu minn skemi u faċilitajiet bħall-kumpaniji kummerċjali.
Ġie diskuss ukoll il-qasam teknoloġiku u anke dak diġitali. Is-Segretarju Parlamentari stieden lill-Koperattivi lokali sabiex jinvestu u jagħmlu iktar użu mit-teknologija, kif qed isir ukoll f’pajjiżi oħra fl-UE. B’hekk biss, hu saħaq li l-Koperattivi Maltin jistgħu jibqgħu kompetittivi fis-suq Ewropew u dinji.
Is-Segretarju Parlamentari saħaq li huwa l-għan tal-gvern li jippromovi s-servizzi u l-prodotti lokali ta’ pajjiżna. L-Onor. Dr Edward Zammit Lewis spjega li huwa se jibqa’ aċċessibli għall-membri kollha tal-Koperattivi fl-għajnuna kollha li huma jkollhom bżonn.
Stqarrijiet Oħra:
PR262029
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Fi tmiem il-ġ...
PR262028