Left arrow Go Back

ŻEWĠ INIZJATTIVI DIĠITALI MILL-KUNSILL LOKALI TAN-NAXXAR

pr1295
Date Icon 19/06/2013

F’Konferenza tal-aħbarijiet li ttellgħet ġewwa l-Kunsill Lokali tan-Naxxar, is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kultura u Kunsilli Lokali l-Onor. José Herrera inawgura klassi tal-kompjuter li tista’ tiġi intuzata mill-pubbliku għall-attivitajiet edukattivi bħalma huma l-korsijiet tal-kompjuter li joffri l-istess Kunsill. Din l-inizjattiva qegħda tittella’ mill-Kunsilli Lokali bl-għajnuna tas-settur privat.

Waqt id-diskors tal-ftuħ uffiċċjali, l-Onor Herrera għamel aċċenn fuq il-bżonn li l-Kunsilli lokali jaħdmu sabiex jipprovdu inizzjattivi ta’ dan it-tip sabiex tinfirex l-edukazzjoni fuq applikazzjonijiet diġitali. “Il-Gvern preżenti qiegħed jaħdem sabiex inaqqas l-iżbilanċ li jeżisti ta’ nies li m’għandhomx aċċess għad-dinja diġitali u inizzjattivi bħal dawn huma pass il-quddiem fid-direzzjoni t-tajba. Ninkoraġixxu inizjattivi bħal dawn fejn entitajiet privati jagħtu l-kontribut tagħom fis-soċjetà sabiex joħolqu servizzi ta’ dan it-tip u li jgħinu sabiex ikollna soċjetà aktar inklużiva.”

Is-Sindku tan-Naxxar, Dr. Maria Fatima Deguara seħqet li dawn it-tip ta’ inizzjattivi huma importanti għall-Kunsill, għaliex b’hekk qed jiġu provduti servizzi ġodda għal ġid tar-residenti tal-lokal. “Din hija okkazjoni li għalina hija ta’ importanza għax ser inkunu parteċipi f’dan il-għan billi nipprovdu l-infrastruttura kif ukoll il-mezzi biex inwasslu din l-għodda f’idejn numru akbar ta’ residenti fil-komunità fejn jgħixu.”

Din l-inizjattiva hija mtella’ mit-TCTC b’għajnuna mill-Intercomp u b’kollaborazzjoni tal-Kunsilli Lokali u s-Segretarjat tal-Kultura u l-Gvern Lokali.

Inizzjattiva oħra li ġiet imnieda waqt dan il-ftuħ kienet il-website www.naxxarwalks.com. Din il-website tiprovdi informazzjoni fuq erba’ mixjiet madwar in-Naxxar li ġew irriċerkati u ppublikati ftit ta’ żmien ilu bil-għan li jiġi promoss it-Turiżmu fuq livell lokali. Il-Kunsill qiegħed jagħmel minn kollox sabiex jaqsam mal-pubbliku il-ġid kulturali li jeżisti fil-lokalità. Dan qed isir permezz ta’ attivitajiet bħalma ser tittella’ nhar is-Sibt 22 ta’ Ġunju li ġġib l-isem “L-Istorja Tmexxi s-Sengħa”. It-tema prinċipali  ta’ din l-attività hija s-snajja u għall-okkażjoni ser ikun qed isiru xogħlijiet li n-Naxxar tant kienet magħrufa għalihom fosthom xogħol tal-ħadid, xogħol tal-qasab, xogħol tan-newl, skultura, artiġjanat u oħrajn. Din l-attività qed tintrabat ma’ tradizzjoni oħra li kienet tittella’ fin-Naxxar, il-ħuġġieġa ta’ San Ġwann, u li ser issir quddiem il-kappella iddedikata għal dan il-qaddis. Matul din l-okkazzjoni ser jingħata Ġieħ in-Naxxar.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Fi tmiem il-ġimgħa se jsiru l-pagamenti tal-iskemi tal-anomaliji għall-2026

PR262029

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Fi tmiem il-ġ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

More Press Releases Right arrow