JIĠU PPREŻENTATI WARRANTS LIL AVUKATI U NUTARA
Waqt il-preżentazzjoni tal-warrants lil ħdax-il avukat u disgħa nutara, il-Ministru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Emmanuel Mallia, qal li dawn il-professjonijiet huma importanti u għalhekk jeħtieġ li jkunu xhieda ta etika u serjetà.
Filwaqt li l-avukati għandhom rwol importanti fl-operat u t-tħaddin tal-ġustizzja, in-nutara huma importanti għall-bejgħ u n-negozju u għalhekk biex ir-rota ekonomika f’pajjiżna tkompli ddur.
Jekk xi avukat jew nutar jonqos minn dawn id-doveri ikun qed jonqos lill-professjoni kollha notarili jew tal-avukatura, tenna l-Ministru Mallia.
Il-Ministru Mallia wera l-apprezzament tiegħu għas-sagrifiċċji li għamlu l-ġenituri tal-avukati u n-nutara biex uliedhom setgħu jilħqu l-għanijiet akkademiċi tagħhom.
Stqarrijiet Oħra:
PR262029
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Fi tmiem il-ġ...
PR262028