Left arrow Mur Lura

IL-MINISTRU GĦAT-TURIŻMU JINDIRIZZA L-EWWEL LAQGĦA TAL-BORD TA’ DAR IL-MEDITERRAN GĦALL-KONFERENZI

pr1286
Date Icon 18/06/2013

Illum saret l-ewwel laqgħa tal-Bord il-Ġdid ta’ Dar il-Mediterran għall-Konferenzi mmexxi minn Dr Kenneth Spiteri u li għaliha attenda l-Ministru għat-Turiżmu l-Onor. Karmenu Vella.

Il-Ministru Vella tkellem fuq l-importanza li ghandu l-bini ta’ Dar il-Mediterran mhux biss mill-kuntest storiku iżda wkoll għall-fatt li dan jippermetti li jintuża sew għall-konferenzi kif ukoll bħala teatru.

Il-Ministru Karmenu Vella semma’ l-possibilità li jkun applikat metodu aktar ħolistiku għal Dar il-Mediterran, bl-idea li dan isir kumpless ta’ teatri u mhux sempliċiment jibqa’ jkun ikkunsidrat bħala teatru wieħed.

Issemma’ wkoll il-fatt li preżentament l-entità li tmexxi Dar il-Mediterran għad m’għandha ebda status legali, fejn fi kliem iċ-Chairman tal-Bord Dr Kenneth Spiteri ma tippermettix li l-entità tapplika biex tikseb fondi mill-Unjoni Ewropea.

Dwar il-kawża li għaddejja fil-qorti dwar il-ħruq tat-teatru li kien seħħ fl-elf disa’ mija u sebgħa u tmenin, il-Ministru għat-Turiżmu qal li filwaqt li l-każ għadu ma ġiex konkluż, qed jasal lejn it-tmiem tiegħu.

Fi preżentazzjoni li għamel lill-membri l-ġodda tal-Bord, il-Kap Eżekuttiv semma’ fost l-oħrajn il-problema tal-parkeġġ li qed tħalli impatt fuq id-dħul finanzjarju tal-entità.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Fi tmiem il-ġimgħa se jsiru l-pagamenti tal-iskemi tal-anomaliji għall-2026

PR262029

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Fi tmiem il-ġ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

Aktar Stqarrijiet Right arrow