IMNIEDI L-ĦAMES EDIZZJONI TAL-MALTA SHORT FILM FESTIVAL FUQ TVM
Il-Ħames edizzjoni tal-Malta Short Film Festival ġie mniedi llum mis-Segretarju Parlamentari għal Kultura u Gvern Lokali, Dr Jose Herrera. Jindirizzaw ukoll din il-konferenza kien hemm iċ-Ċermen ta’ Public Broadcasting Services, Dr Tonio Portughese,s-Sur Jo Debono, Ċermen Studio Seven Ltd, s-Sur Keith Seguna, Kap tal-Kummerċ fil-lukanda Radisson Blu Resort ta’ San Ġiljan, kif ukoll Joyce Grech, mill-Bord tal-Malta Film Foundation li huma l-produtturi ta’ dan il-festival.
L-Onor. Dr. Herrera tkellem dwar l-apprezzament li qed jikber biex nagħrfu l-kreattivita’ li hemm bżonn biex tagħmel film. Hu saħaq fuq l-impenn tal-Gvern li jifrex aktar opportunitajiet għal dawk kollha li huma involuti fil-qasam tal-films, kemm diretturi u anke s-sidien tas-swali taċ-ċinema li għandhom sfidi kbar quddiemhom, speċjalment biex jaġġornaw it-tagħmir tagħhom għall-aħħar teknoloġija.
Dr Herrera faħħar il-kollaborazzjoni bejn il-Malta Film Foundation mal-PBS u mal-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti, permezz tal-Malta Arts Fund biex iwasslu programm ta’ l-ogħla livell għat-telespettaturi u li hu parti mill-mission statement tal-istazzjon nazzjonali li jinfurma u jeduka.
Dr Portughese tkellem dwar l-importanza li festival bħal dan għandu fl-iskeda nazzjonali u tkellem dwar l-ħsieb tieghu li flimkien mal-produtturi, l-involviment tal-PBS ikompli jiżdied fis-snin li ġejjin. Is-sur Jo Debono qal li jemmen fil-festival u għalhekk hu kburi bl-investiment importanti ta’ riżorsi li Studio Seven għamlet f’dan il-programm b’xogħol tekniku u Kreattiv. Is-Sur Keith Seguna semma li l-lukanda Radisson Blu li hu sponsor uffiċjali emmen fil-kwalità ta’ festival li qed jigi ppreżentat u li għandu potenzjal li jikber u jġib aktar nies lejn Malta.
Joyce Grech tkellmet dwar l-impenn tal-Malta Film Foundation li jittella’ dan il-festival b’kollaborazzjoni importanti bejn il-Gvern u l-privat. Semmiet li fl-għazla uffiċjali tal-films hemm 10 films minn Malta, u b’kollox se jintwerew 41 film, mifruxa fuq skeda ta’ 12 il-ġimgha, bil-programm finali fejn jingħataw l-unuri. Il-films magħżula ġejjin minn 21 pajjiz madwar id-dinja. Il-festival se jixxandar kull nhar ta’ Tlieta fid-9.30pm u jibda nhar it-Tlieta 2 ta’ Lulju.
Stqarrijiet Oħra:
PR262029
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Fi tmiem il-ġ...
PR262028