Left arrow Go Back

“IL-GVERN MALTI HUWA SODISFATT LI L-UNJONI EWROPEA QEGĦDA TAGĦRAF LI GŻEJJER ŻGĦAR U R-REĠJUN TAL-MEDITERRAN HUMA VULNERABBLI GĦAT-TIBDIL FIL-KLIMA” – IL-MINISTRU LEO BRINCAT

pr1282
Date Icon 18/06/2013

Il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Leo Brincat jinsab il-Lussemburgu għall-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri tal-Ambjent fejn qed tkun diskussa l-istrateġija tal-Unjoni Ewropea dwar it-Tibdil fil-Klima.

Meta kien qiegħed jindirizza dan il-Kunsill, il-Ministru Leo Brincat wera s-sodisfazzjon tal-Gvern Malti għall-fatt li l-Unjoni Ewropea qegħda timbotta ‘l quddiem il-punt li gżejjer żgħar, u flimkien magħhom ir-reġjun tal-Mediterran,  huma vulnerabbli għat-tibdil fil-klima.

Huwa qal li l-istess jista’ jintqal għall-fatt li l-Unjoni Ewropea qegħda tirrikonixxi li wieħed irid dejjem iqis problemi speċifiċi u realtajiet differenti li għandu kull stat membru, żgħir jew kbir, meta wieħed jitkellem dwar adattazzjoni għat-tibdil tal-klima.

Il-Ministru Leo Brincat qal li f’pajjiżna tliet oqsma ewlenin li jistgħu jintlaqtu direttament huma t-turiżmu, l-biedja u l-immaniġġjar sostenibbli tal-ilma.

Qal li l-ġrajjiet li seħħew ftit tal- jiem ilu biss f’ħafna pajjiżi Ewropej huma tifkira traġika ta’ kemm l-impatt tat-tibdil fil-klima jista’ jkun ta’ theddida għaċ-ċittadini.

Il-Ministru Leo Brincat għadda l-kondoljanzi tal-Gvern Malti lill-familji kollha li l-qraba tagħhom mietu fl-għargħar riċenti li kien hemm fl-Ewropa. Żied jgħid li dan għandu jsaħħaħ l-impenn tal-pajjiżi Ewropej biex flimkien u b’determinazzjoni jaħdmu għall-strateġija dwar l-adattazzjoni għat-Tibdil fil-Klima.

Il-Ministru Brincat qal li hemm bżonn li l-istrateġiji nazzjonali dwar l-adattazzjoni  għat-tibdil fil-klima jissarrfu fi pjani ta’ azzjoni konkreti.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Fi tmiem il-ġimgħa se jsiru l-pagamenti tal-iskemi tal-anomaliji għall-2026

PR262029

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Fi tmiem il-ġ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

More Press Releases Right arrow