Left arrow Mur Lura

IL-MINISTRU CHRIS CARDONA JŻUR IL-KUMPANIJA PROMINENT FLUID CONTROLS LIMITED

pr1278
Date Icon 17/06/2013

Il-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar, Dr. Chris Cardona żar il-kumpanija Prominent Fluids, kumpanija li tipproduċi apparat elettroniku, sensors u temperature measurement devices.

Dr. Chris Cardona qal li l-għan ta’ dawn iż-żjarat huwa li bħala Gvern jibgħat messaġġ b’saħħtu favur l-Industrija f’pajjizna u favur l-invesitituri li għal snin twal, b’mod konsistenti baqgħu jemmnu fl-ekonomija Maltija u fuq kollox baqgħu jemmnu fil-ħaddiema Maltin.

Il-Ministru Cardona qal li “l-ikbar sinjal, din il-kumpanija bgħatitu tlett snin ilu meta minkejja l-isfidi kbar li kien hemm fis-suq għarfet tinvesti aktar f’Malta biex illum għandha dan l-impjant modern li jħaddem mal-mitt persuna”.

Dr. Chris Cardona qal li dan hu Gvern li jemmen f’ekonomija diversifikata,  li tagħraf il-potenzjal ta’ kull settur u għalhekk qed jaħdem fuq diversi livelli biex is-support ikun wieħed effettiv. Huwa semma l-pjan tal-Gvern li jraħħas il-kontijiet tad-dawl, it-tnaqqsif fil-burokrazzija, l-għajnuna permezz tal-Malta Enterprise u l-Malta Industrial Parks u l-investiment fil-qasam edukattiv.

Il-Ministru faħħar il-ħaddiema Maltin, li bil-kapaċitajiet tagħhom dejjem għarfu li jipproteġu l-investiment barrani f’pajjizna, billi b’mod eżemplari u b’impenn wettqu xogħol ta’ kwalità li jiddistingwihom minn ħaddiema f’pajjiżi oħrajn.

Finalment irringrazzja lid-diriġenti tal-Kumpanija Prominent Fluids talli għal dawn is-snin kollha emmnu f’pajjiżna u fil-ħaddiema tagħna. Wiegħed li f’isem il-Gvern, se jara li r-relazzjoni tajba li dejjem kien hemm bejn iz-żewġ partijiet tissaħħaħ u li fil-pajjiż ikollna klima ekonomika li tkattar aktar ġid li jgawdi minnu kulħadd.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Fi tmiem il-ġimgħa se jsiru l-pagamenti tal-iskemi tal-anomaliji għall-2026

PR262029

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Fi tmiem il-ġ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

Aktar Stqarrijiet Right arrow