STRAJK TAL-ĠUĦ MILL-PRIĠUNIERI
pr1275
17/06/2013
Illum, fil-ħdax ta’ filgħodu tmintax-il resident fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, kollha ta’ nazzjonalità barranija, bdew strajk tal-ġuħ. Ir-residenti qed jitolbu:
- Li jingħataw aktar minn mitt jum maħfra li ngħatat mill-Gvern
- Jinħafrulhom multi imposti lilhom mill-qorti u
- Biex ġaladarba jservu l-piena tagħhom, jibqgħu jgħixu f’pajjiżna.
Bħalissa d-direttur tal-ħabs għaddej b’diskussjonijiet dwar is-sitwazzjoni tar-residenti. Hemm tabib preżenti li wkoll qed isegwi lil dawn ir-residenti.
Other Press Releases:
PR262029
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Fi tmiem il-ġ...
PR262028