Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-IPPJANAR U S-SIMPLIFIKAZZJONI AMMINISTRATTIVA

pr1272
Date Icon 17/06/2013

Tiġdid Awtomatiku ta’ Permessi li nħarġu wara t-3 ta’ Awwissu 2006

Waqt konferenza tal-aħbarijiet it-Tnejn filgħodu fil-MEPA is-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u s-Simplifikazzjoni Amminnistrattiva, Michael Farrugia ħabbar  kif il-MEPA se tkun qed iġġeded b’mod awtomatiku kull permess għal żvilupp, li kien approvat fit- 3 ta’ Awwissu 2006 jew wara.

Michael Farrugia qal illi l-Gvern huwa kommess li jwettaq u għalhekk qed iħabbar policy li ħdimna fuqha għal dawn l-ahhar ġimgħat, jiġifieri dik ta’ tiġdid awtomatiku ta’ permessi.

Policy illi se tkun qed taħdem biex tnaqqas il-burokrazija fl-applikazzjonijiet tal-MEPA u ma tneffaqx flus żejda lil min inħariġlu permess iżda qatt ma utilizzah.

Din il-policy se taħdem kif ġej; fejn dawk il-permessi li nħarġu wara t-3 ta’ Awwissu 2006, jiġifieri minn wara l-jum li fih ġew stabbiliti l-Pjani Lokali ta’ Malta u Għawdex, issa huma awtomatikament imġedda sal-31 ta’ Marzu 2014.

Is-Segretarju Parlamentari qal illi għal dan il-għan, il-gvern jidhirlu li min għandu permess li nħareġ wara it-3 ta’ Awwissu 2006, mhuwiex kostrett li jerġa’ jidħol fl-ispejjeż u jgħaddi mill-proċess burokratiku għalxejn biex iġedded dan il-permess, peress li issa huwa validu mill-ġdid.

Dan għandu għalhekk jagħti nifs qawwi lil min kellu permess li nħareġ wara l-2006 u li allura skada, u li sal-lum għadu ma utilizzahx peress li għal xi raġuni jew oħra ma setax jagħmel dan.

L-Onor. Michael Farrugia qal illi għal kuntarju ta’ dak li kien jiġri sa issa, l-applikant m’għandux għalfejn jerġa’ jmur jitlob lill-Awtorità biex iġġeddidlu l-permess, u dan bi spejjeż kbar u burokrazija żejda.

Dan ifisser ukoll illi li kieku wieħed kellu jissottometti applikazzjoni identika għal waħda li kienet approvata wara t-3 ta’ Awwissu 2006, wieħed għandu raġonevolment jassumi li se jkollu riżultat identiku, dan dejjem fid-dawl li aħna nemmnu li l-Awtorità għandha dejjem tkun konsitenti.

L-Onorevoli Farrugia temm jgħid illi din il-policy se tkun qed tilħaq madwar 265 permess li skadew jew waslu biex jiskadu.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Fi tmiem il-ġimgħa se jsiru l-pagamenti tal-iskemi tal-anomaliji għall-2026

PR262029

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Fi tmiem il-ġ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

Aktar Stqarrijiet Right arrow