L-AMBAXXATUR MALTI GĦALL-KUWAIT JAGĦMEL ŻJARA TA’ KORTESIJA LILL-MINISTRU GĦAT-TURIŻMU
Waqt żjara ta’ kortesija li l-Ministru għat-Turiżmu l-Onor. Karmenu Vella kellu mingħand l-Ambaxxatur Malti għall-Kuwait, Charles Sultana kienu diskussa opportunitajiet għal aktar koperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi, b’mod partikolari fl-oqsma tat-turiżmu u l-kultura.
Fost l-oħrajn saret referenza għall-Air Services Agreement li dwaru l-gvern Malti diġà ffirma Memorandum of Understanding f’April li għadda mal-gvern tal-Kuwait.
Iż-żewġ naħat irrikonoxxew li hemm diversi sfidi li jridu jiġu indirizzati fosthom il-ħruġ tal-visas, bil-Ministru għat-Turiżmu jgħid li din irid issir fil-parametri tal-Unjoni Ewropea.
Tema oħra diskussa, kienet dik dwar titjib fl-aċċessibilità bejn iż-żewġ pajjiżi flimkien ma’ metodi kif pajjiżna jista’ jkun reklamat fil-Kuwait mal-operaturi turistiċi u l-aġenti tal-ivvjaġġar.
Intqal kif iż-żewġ naħat jistgħu jaħdmu flimkien ukoll fil-qasam kulturali bil-possibilità li jkunu ffirmati ftehim ta’ koperazzjoni.
Stqarrijiet Oħra:
PR262029
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Fi tmiem il-ġ...
PR262028