Left arrow Go Back

L-AMBAXXATUR MALTI GĦALL-KUWAIT JAGĦMEL ŻJARA TA’ KORTESIJA LILL-MINISTRU GĦAT-TURIŻMU

pr1262
Date Icon 15/06/2013

Waqt żjara ta’ kortesija li l-Ministru għat-Turiżmu l-Onor. Karmenu Vella kellu mingħand l-Ambaxxatur Malti għall-Kuwait, Charles Sultana kienu diskussa opportunitajiet għal aktar koperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi, b’mod partikolari fl-oqsma tat-turiżmu u l-kultura.

Fost l-oħrajn saret referenza għall-Air Services Agreement li dwaru l-gvern Malti diġà ffirma Memorandum of Understanding f’April li għadda mal-gvern tal-Kuwait.

Iż-żewġ naħat irrikonoxxew li hemm diversi sfidi li jridu jiġu indirizzati fosthom il-ħruġ tal-visas, bil-Ministru għat-Turiżmu jgħid li din irid issir fil-parametri tal-Unjoni Ewropea.

Tema oħra diskussa, kienet dik dwar titjib fl-aċċessibilità bejn iż-żewġ pajjiżi flimkien ma’ metodi kif  pajjiżna jista’ jkun reklamat fil-Kuwait mal-operaturi turistiċi u l-aġenti tal-ivvjaġġar.

Intqal kif iż-żewġ naħat jistgħu jaħdmu flimkien ukoll fil-qasam kulturali bil-possibilità li jkunu ffirmati ftehim ta’ koperazzjoni.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Fi tmiem il-ġimgħa se jsiru l-pagamenti tal-iskemi tal-anomaliji għall-2026

PR262029

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Fi tmiem il-ġ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

More Press Releases Right arrow