Left arrow Go Back

IL-PRESIDENT GEORGE ABELA JŻUR IL-PHARMACY OF YOUR CHOICE, AKKUMPANJAT MILL-MINISTRU GĦAS-SAĦĦA DR. GODFREY FARRUGIA

pr1256
Date Icon 15/06/2013

Il-President George Abela, flimkien mal-Ministru għas-Saħħa, Dr. Godfrey Farrugia, dalgħodu għamel żjara fil-Pharmacy Of Your Choice, li tinsab f’dak li kien l-Isptar San Luqa, Gwardamangia.

Huma kienu milqugħin mill-Kap Eżekuttiv tal-POYC, Roseanne Camilleri. Fl-introduzzjoni tagħha, Ms. Camilleri spjegat x’inhi l-ħidma tal-POYC, ix-xogħol li għamlet mit-twaqqif tagħha u wkoll spjegat x’inhu r-rwol tal-POYC.

Wara, il-President u l-Ministru għas-Saħħa iddawwru mal-bini tal-POYC u raw ukoll ix-xogħol li jsir kemm mill-amministrazzjoni u wkoll mis-sezzjoni tal-manifattura, l-imħażen u l-preparazzjoni tal-mediċina.

Fi tmiem iż-żjara, ingħatat pittura lill-President Abela bħala għotja għall-irkant tal-Malta Community Chest Fund li jsir fi żmien l-Istrina. Il-pittura hija xogħol tal-artist Noel Attard li huwa wkoll Senior Pharmacy Technician mal-POYC.

Fi tmiem iż-żjara, il-Ministru għas-Saħħa, Dr. Godfrey Farrugia rringrazzja lit-team kollu tal-POYC tax-xogħol tiegħu.

Huwa tkellem ukoll dwar il-ħidma tal-Ministeru għas-Saħħa biex jitjieb is-servizz mogħti mill-POYC.

Min-naħa tiegħu l-President George Abela irringrazzja lill-ħaddiema tal-POYC għas-servizz li qed jagħtu u fakkarhom li x-xogħol tagħhom huwa ma’ nies li huma delikati minħabba l-kundizzjoni ta’ saħħithom.

Huwa qal li xogħolhom huwa wkoll delikat u ta’ ċertu responsabbilita`. Il-President  Abela qal li ż-żmien ikabbar l-esperjenza u wkoll iwassal biex is-servizz dejjem jitjieb.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Fi tmiem il-ġimgħa se jsiru l-pagamenti tal-iskemi tal-anomaliji għall-2026

PR262029

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Fi tmiem il-ġ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

More Press Releases Right arrow