Left arrow Mur Lura

INFORMAZZJONI DWAR IL-GLYPHOSATE

pr1254
Date Icon 14/06/2013

B’referenza għal dak li deher f’ġurnali lokali, l-Gvern Malti jassigura li jsiru t-testijiet kollha meħtieġa sabiex jaċċerta li kwalunkwe prodott agrikolu li jiġi ikkunsmat mill-pubbliku mhuwiex ta’ periklu għas-saħħa tal-konsumatur lokali.  

Il-glyphosate hija sustanza li hija permessa li tintuża fl-Unjoni Ewropeja bħala erbiċida, dan wara li regolarment tkun evalwata ammont ta’ informazzjoni estensiva dwar din is-sustanza li tinkludi informazzjoni dwar l-effetti fil-bniedem u l-ambjent u dwar l-użu ta’ din is-sustanza.

Mill-informazzjoni li hawn illum, huwa mifhum li din is-sustanza għandha tossiċità baxxa ħafna fil-bniedem u skont l-evalwazzjoni li saret, mitluba mir-regolament Ewropew ta’ din is-sustanza, l-użu skont il-kundizzjonijiet li jinstabu fuq it-tikketta ma jwassalx għall-periklu mhux aċċetabbli għall-ambjent u għall-bniedem.  Din l-informazzjoni hija pubblikament aċċessibli mis-sit tal-European Food Safety Authority kif ukoll tal-Kummisjoni Ewropeja.

Eżempju ta’ użu ta’ din is-sustanza huwa kontra ħaxix ħazin f’żoni pubbliċi (roundabouts central strips u bankini) u f’ġonna.  Ta’ min jgħid li mhux normali li dan it-tip ta’ pestiċida tintuża fl-attività agrikola lokali. 

Sabiex wieħed dejjem inaqqas l-espożizzjoni għall-pubbliku minn bexx, anke skond kif inhu mitlub mill-pjan ta’ azzjoni għall-użu sostenibbli ta’ pestiċidi,  huwa rikjest li kemm jista’ jkun xogħol ta’ eradikazzjoni ta’ ħaxix ħażin għandu jsir permezz ta’ metodi fiżiċi, u jekk ma jistax jsir b’dan il-mod l-użu ta’ erbiċidi għandu jsir meta jkun hemm l-inqas attività ta’ nies.   

Biex wieħed iserraħ il-moħħ il-pubbliku Malti ta’ min jġħid li mill-analiżi li saret mill-2010 sal-llum (li ssir kull sena) fuq frott, ħxejjex u prodotti ta’ oriġini t’annimali, ma instabu ebda traċċi ta’ glyphosate fil-kampjuni li ttieħdu lokalment.  Dawn it-testijiet isiru f’laboratorji speċjalizzati u akkredidati barranin.

Qabel wieħed jislet konklużjonijiet minn dan ir-rapport tal-Friends of the Earth tajjeb li tiġi evalwata l-validità tan-numru ta’ kampjuni li ttieħdu, l-metodu ta’ kif ġew ittestjati, informazzjoni dwar l-espożizzjoni tan-nies li itteħdulhom il-kampjuni u l-metidoloġija l-istatistika li ntużat.

Dan ir-rapport tal-Friends of the Earth għandu jiġi studjat sabiex tinstab l-oriġini ta’ din is-sustanza fil-kampjuni li ttieħdu fuq livell Ewropew, u jekk hemm xi periklu li jirriżulta mill-prodotti li fihom il-glyyphosate, jittieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex tiġi assigurata s-saħħa tal-pubbliku Malti.

Il-Gvern Malti jassigura li ssiru t-testijiet kollha meħtieġa sabiex jaċċerta li kwalunkwe prodott agrikolu li jiġi ikkunsmat mill-pubbliku mhuwiex ta’ periklu għas-saħħa tal-konsumatur lokali.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Fi tmiem il-ġimgħa se jsiru l-pagamenti tal-iskemi tal-anomaliji għall-2026

PR262029

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Fi tmiem il-ġ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

Aktar Stqarrijiet Right arrow