Left arrow Mur Lura

IL-KUNĊERT TAT-TENUR MALTI JOSEPH CALLEJA SE JKUN MIFTUĦ GĦALL-PUBBLIKU MINGĦAJR ĦLAS WARA FTEHIM MILĦUQ BEJN IL-GVERN U L-ORGANIZZATURI

pr1253
Date Icon 14/06/2013

Għall-ewwel darba minn kemm ilu jsir, il-kunċert annwali tat-Tenur Malti Joseph Calleja fuq il-Fosos tal-Furjana fl-1 t’Awwissu se jkun miftuħ għall-pubbliku mingħajr ħlas. Dan wara ftehim milħuq bejn il-Gvern u l-kumpanija NnG biex l-istanding area tkun miftuħa kompletament b’xejn għall-pubbliku sabiex dan il-kunċert tant mistenni jkun jista’ jitgawda minn kulħadd.

Dan tħabbar f’konferenza tal-aħbarijiet kmieni llum waranofsinhar fejn għaliha attenda fost l-oħrajn il-Ministru għat-Turiżmu l-Onor. Karmenu Vella flimkien mat-Tenur Joseph Calleja.

Il-Ministru għat-Turiżmu Karmenu Vella ddeskriva dan l-avveniment bħala wieħed ta’ stennija kbira għalih mhux biss mill-pubbliku Malti imma wkoll mill-ħafna turisti li jagħżlu li jżuru Malta fix-xhur tas-sajf. Qal li avveniment għoli ta’ din il-kwalità jkompli jżid mal-esperjenza turistika, fl-istess ħin li jpoġġi lil Malta fuq il-mappa ta’ attivitajiet internazzjonali. Fi kliem il-Ministru Vella, dan il-kunċert ikompli jgħolli l-livell tal-kalendarju kulturali Malti u saħaq li Malta għandha ħafna x’tibbenefika minn din l-attività.

Karmenu Vella esprima s-sodisfazzjon tiegħu għall-ftehim milħuq bejn il-Gvern u l-organizzaturi sabiex il-pubbliku jkun jista’ jingħata l-opportunità li jattendi għall-kunċert mingħajr ħlas u saħaq li b’dan il-mod, kulħadd se jkun qed jingħata ċ-ċans li jingħaqad f’din l-esperjenza mużikali.

It-tenur Joseph Calleja qal li hu minn dejjem emmen li l-kunċert tiegħu f’Malta kellu jservi biex jesponi lill-pubbliku għall-kultura u l-mużika filwaqt li esprima s-sodifazzjoni kbir tiegħu għall-ftehim milħuq.

Semma’ kif il-kunċert ta’ dis-sena se jkun jinkludi fih reportorju vast ta’ xogħlijiet ta’ diversi kompożituri fosthom ta’ Tchaikovsky, Saint Saens u Morricone, li huma inklużi fl-aktar album riċenti tiegħu ‘Amore’ u li mistenni jkun imniedi aktar tard f’Londra. Il-pubbliku għandu jistenna wkoll xi sorpriżi.

Jakkumpanjaw lit-Tenur Malti Joseph Calleja matul il-kunċert se jkun hemm ukoll il-kantant popolari Taljan Zucchero flimkien mal-kantanta Ingliża Rebecca Ferguson, bis-sehem ukoll tal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali u l-kor tat-tfal.  Fil-kunċert se jipparteċipaw ukoll il-kantant Gianluca Bezzina,li din is-sena rrappreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest, kif ukoll id-duo Malti Tenishia, li fl-aħħar snin għamlu suċċess kbir internazzjonalment bil-mużika tagħhom.

Għall-ewwel darba wkoll, il-kunċert se jkun qed jiġi ffilmjat permezz ta’ 14-il kamera f’verżjoni high definition (HD) u b’apparat li se jinġieb minn barra għal tal-apposta, u li se jippermetti biex dan il-kunċert ikun imxandar fuq stazzjonijiet barranin aktar ’il quddiem.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Fi tmiem il-ġimgħa se jsiru l-pagamenti tal-iskemi tal-anomaliji għall-2026

PR262029

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Fi tmiem il-ġ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

Aktar Stqarrijiet Right arrow