Left arrow Mur Lura

DELEGAZZJONI TAL-PARLAMENT MALTI F’KONFERENZA DWAR L-IMPORTANZA LI GĦANDU L-KUMMERĊ FIT-TKATTIR TAL-EKONOMIJA FIŻ-ŻONA TAL-MEDITERRAN

pr1247
Date Icon 14/06/2013

Id-delegazzjoni Maltija fl-Assemblea Parlamentari tal-Mediterran ipparteċipat f'konferenza  inter-governattiva konġunta  bejn 1-istess Assemblea u l-Inter Agency Cluster on Trade  and  Productive  Capacity  tal-Ġnus  Magħquda. Din il-konferenza saret fil-bini tal-Ġnus Magħquda f’Ġinevra bejn it-30 u 1-31 ta' Mejju  2013.

Id-delegazzjoni Maltija kienet komposta mill-Onor. Dr. Justyne Caruana bħala Kap tad-Delegazzjoni, flimkien ma1-Onor. Silvio Schembri u l-Onor. Stephen Spiteri bħala rappreżentanti tal-Gvern u tal-Oppożizzjoni rispettivament. F'din il-konferenza, id¬-delegazzjoni Maltija kellha rwol prominenti  ħafna fejn ukoll il-kap tad-delegazzjoni, 1-Onor. Dr. Justyne Caruana,  mexxiet is-sessjoni dwar iż-żieda fl-investiment fir-reġjun tal-Mediterran li lilna bħala pajjiż jolqotna mill-qrib ħafna tenut kont tar-realtajiet tagħna.

L-Onor. Dr. Justyne Caruana ppreparat ukoll żewġ dokumenti li ġew ippreżentati lill¬-konferenza.  Dawn id-dokumenti jittrattaw dwar  it-tisħiħ  tas-sistemi  ta1-enerġija  b'riljev partikolari  dwar dan il-qasam f'Malta u 1-progress li qed isir fih, u d-dokument 1-ieħor dwar  titjib  tal-kapaċità produttiva li ġie trattat  mill-lenti  ta' ugwaljanza bejn is-sessi u opportunitajiet indaqs billi wkoll jirrifletti r-realtajiet, problemi, limitazzjonijiet u sfidi li għandna f'pajjiżna.

Il-ħidma tad-delegazzjoni Maltija ser tissokta fi ħdan 1-Assemblea Parlamentari tal¬ Mediterran  u  1-ħidma  sfieqa  ta'  din  id-delegazzjoni  ġiet  ukoll  rilevata b'mod pubbliku waqt din 1-istess konferenza fejn ukoll ġiet imfaħħra 1-ħidma tal-Ministru tal-Affarijiet Barranin Dr George Vella, li għal dawn  is-snin kollha ħadem bis-sħiħ u minn qalbu f'din 1-Assemblea, u kien strumentali għat-twaqqif  tagħha.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Fi tmiem il-ġimgħa se jsiru l-pagamenti tal-iskemi tal-anomaliji għall-2026

PR262029

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Fi tmiem il-ġ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

Aktar Stqarrijiet Right arrow