Left arrow Mur Lura

IL-PRESIDENT GEORGE ABELA JIPPRESIEDI L-ĠURAMENT TAL-ĦATRA TA’ MĦALLEF U ŻEWĠ MAĠISTRATI

pr1243
Date Icon 14/06/2013

Il-President George Abela ppresieda l-ġurament tal-ħatra tal-Onorevoli Imħallef Antonio Mizzi u l-Maġistrati Aaron A. Buġeja u l-Maġistrat Charmaine Galea.

Iċ-ċerimonja saret dalgħodu l-Palazz l-Belt.

Curriculum Vitae

Bijografija Qasira: Onor. Imħallef Antonio Mizzi

L-Onor. Imħallef Antonio Mizzi, iben Carmelo u Nivea nee’ Pensavalle, twieled fis-16 ta’ Novembru 1953.

Huwa miżżewweġ lil Marlene nee’ Cacciattolo u għandhom tifla, Alexandra.

Beda l-istudji tiegħu bħala tfajjel f’St. Joseph Convent tas- Sliema. Minn hemmhekk għadda għall-Liċeo tal-Ħamrun u sussegwentement baqa’ tiela’ għas-Sixth Form fl-istess raħal.

Attenda wkoll L-MCAST gewwa l-Imsida. Kien hemhekk li l-Onor. Mħallef Mizzi ddecieda li jkompli jintensifika l-istudji tiegħu u għazel li jattendi l-kors tal- Liġi fl- Università ta’ Malta fejn gradwa bħala Avukat fis-sena 1979. Fis-sena 1996 irċieva t-tieni Lawreja tieghu fid-Dritt Ewropew.

Kellu diversi esperjenzi li wassluh sabiex jaghmel isem ghalih fil-karriera tiegħu  u saħansitra kellu l-opportunita’ li jaħdem f’żewg banek Taljani bejn is-sena 1975 u l-1976.

Huwa ingħata l-preġju li jinħatar Magistrat f’Ottubru tas-sena 1987 fejn wera’ l-abilitajiet tiegħu bl-akbar korrettezza u  impekkabilità.

L-Onor. Mħallef  Mizzi kien ilu jservi bħala Maġistrat Anzjan sa minn Mejju tal-2012.

Bijografija Qasira: Maġistrat  Aaron M. Bugeja M.A. (Law), LL.D.

Il-Maġistrat Aaron M. Bugeja huwa l-Kap tat-Taqsima tad-Dritt Kriminali fl-Ufficju tal-Avukat Generali.

Il-Maġistrat Bugeja iggradwa mill-Università ta' Malta bħala Duttur tal-Ligi fl-1995 u iggradwa wkoll b'titolu ta' Master of Arts fil-Liġi bi grad Summa cum Laude mill-istess Università fl-2012 bi speċjalizzazjoni fit-terrorizmu internazzjonali. Beda jaħdem bħala Avukat f'Jannar tal-1996 u f'Ottubru 2006 huwa gie maħtur Avukat Anzjan fl-Uffiċċju tal-Avukat Generali.  F'Awissu tal-2012 l-Maġistrat Bugeja gie maħtur bħala l-Kap tat-Taqsima tad-Dritt Kriminali fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.  

Il-Maġistrat Bugeja kien jokkupa l-kariga ta' Chairman tal-CODEXTER, il-Kumitat tal-Esperti fuq it-Terrorizmu tal-Kunsill tal-Ewropa.  Huwa wkoll wieħed mir-rappreżentanti ta' Malta fil-Grupp ta' Ħidma tal-Kunsill Ewropew fuq id-Dritt Kriminali Sostantiv (DROIPEN) li jinnegozja direttivi Ewropej f'isem ir-Repubblika ta' Malta.

Il-Maġistrat Bugeja huwa wkoll Visiting Senior Lecturer fl- Università ta' Malta jgħallem id-Dritt Procedurali Kriminali u Drittijiet tal-Bniedem.  Huwa miżżewweg lil Melanie Bugeja nee' Zahra u għandhom żewgt subien, Andrea u Luca. 

Bijografija Qasira:  Maġistrat Charmaine Galea LL.D.

Il-Maġistrat Charmaine Galea, bint Noah Zammit u Catherine nee` Gauci twieldet fiż-Żurrieq fis-sena 1976. 

Hija attendiet l-iskola Primarja taż-Żurrieq u wara l-Liceo ta’ Maria Regina.  Hija kisbet id-Diploma ta’ Nutar Pubbliku fl-1999 mill-Universita ta’ Malta u fl-2001 iggradwat bħala Avukat.

Il-Maġistrat Galea ilha tipprattika fil-Qrati Maltin għal dawn l-aħħar tnax-il sena fejn speċjalizzat fil-liġi ċivili u tal-familja.  Hija serviet ukoll għal numru ta’ snin bħala assistent ġudizzjarju   mal-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili u preżentement mal-Uffiċċju tal-Prim’Imhallef.

Hija miżżewġa u għandha tifel.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Fi tmiem il-ġimgħa se jsiru l-pagamenti tal-iskemi tal-anomaliji għall-2026

PR262029

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Fi tmiem il-ġ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

Aktar Stqarrijiet Right arrow