Left arrow Mur Lura

IS-SIMPLIFIKAZZJONI FIL-ĦRUĠ TAL-VISAS FUQ L-AĠENDA TA’ LAQGĦA BEJN IL-MINISTRU GĦAT-TURIŻMU U L -AMBAXXATRIĊI TAL-AFRIKA T’ISFEL

pr1237
Date Icon 14/06/2013

Fi żjara ta’ kortesija li l-Ministru għat-Turiżmu l-Onor. Karmenu Vella kellu mingħand l-Ambaxxatriċi tal-Afrika t’Isfel l-E.T. Nomatemba Tambo, kienet diskussa fost l-oħrajn is-sitwazzjoni tal-ħruġ tal-visas minn Malta u l-mod kif dan il-proċess jista’ jkun simplifikat biex jitnaqqas iż-żmien ta’ stennija.

Iż-żewġ naħat irrikonoxxew ir-relazzjonijiet b’saħħithom li jeżistu bejn Malta u l-Afrika t’Isfel, bl-Ambaxxatriċi Nomatemba Tambo tesprimi x-xewqa li dawn ir-relazzjonijiet ikomplu jsarrfu f’tisħiħ ta’ rabtiet  kummerċjali bejn iż-żewġ pajjiżi.

Il-Ministru għat-Turiżmu l-Onor. Karmenu Vella semma kif iż-żewġ pajjiżi diġà ffirmaw ftehim fuq it-tassazzjoni doppja li minnu nnifsu għandu jwassal biex jattira aktar investiment lejn Malta, filwaqt li fl-aħħar ġranet il-gvern introduċa mill-ġdid l-iskema ta’ xiri ta’ proprjetà mill-barranin.

Il-Ministru Vella tkellem fuq l-importanza li l-istorja, il-kultura u r-restawr għandhom għal Malta bħala destinazzjoni turistika fl-istess ħin li kienet diskussa l-possibiltà li jkun esplorat il-qasam tal-conservation tourism anke permezz ta’ skambji ta’ studenti mill-Afrika t’Isfel lejn Malta.

Iż-żewġ naħat iddiskutew ukoll il-possibilità ta’ diversi ftehim ta’ koperazzjoni fil-qasam turistiku flimkien ma’ metodi innovattivi ta’ kif Malta tista’ tingħata promozzjoni fis-South Africa.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Fi tmiem il-ġimgħa se jsiru l-pagamenti tal-iskemi tal-anomaliji għall-2026

PR262029

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Fi tmiem il-ġ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

Aktar Stqarrijiet Right arrow