Left arrow Go Back

L-ONOR. EMMANUEL MALLIA, MINISTRU TAL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI, JOFFRI L-GĦAJNUNA LILL-NGO VICTIM SUPPORT MALTA

pr1230
Date Icon 13/06/2013

Il-Ministru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Emmanuel Mallia ħeġġeġ lill-Victim Support Malta tħejji rapport dwar kif fl-opinjoni tagħhom il-Gvern jista' jgħin biex din l-għaqda taħdem bl-aħjar mod għall-ġid tal-vittmi tar-reati.  Dr Mallia ħeġġeġ ukoll lill-NGO biex tħejji rapport ieħor dwar każijiet ta' vittmi li ma sabux l-għajnuna mill-awtorijiet. Dan qed isir biex il-Gvern jagħti iktar għajnuna lill-vittmi ta' reati.

Id-direttriċi tal-Victim Support Malta rringrazzjat il-Ministru u laqgħet it-talba tiegħu biex jiġu mfasslin dawn ir-rapporti bil-għan li l-gvern jibda jgħin minnufih lill-għaqda.

Dan sar waqt laqgħa bejn il-Ministru u l-Victim Support Malta l-bieraħ.

Waqt l-istess laqgħa l-Ministru Emmanuel Mallia talab ukoll lill-għaqda biex tippreżenta l-accounts tagħha b’tali mod li jiġi eżaminat minn liema fondi din l-għaqda tista’ tibbenifika.

Minkejja li l-Victim Support Malta ilha stabbilita f’pajjiżna mill-elfejn u erbgħa, ftit nies jafu bis-servizzi utli li toffri għall-vittmi ta’ reati. Dan qalu l-Ministru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Emmanuel Mallia waqt laqgħa mal-NGO Victim Support Malta. Minn naħa tagħha, id-direttriċi tal-NGO Dr. Roberta Lepre sostniet li din l-NGO taffaċċja problema ta’ nuqqas ta’ riżorsi fosthom nuqqas ta’ staff bil-maġġoranza tal-istaff jaħdem fuq bażi volontarja u problemi oħra bħal nuqqas ta’ sigurtà għall-istaff fil-bini tal-NGO.

Il-Minsitru Emmanuel Mallia sostna li r-riforma fil-ħabs għandha tgħin ukoll lill-vittmi ta’ reati. Dan għax minħabba nuqqas ta’ rijabilitazzjoni ,ħamsa u sebgħin fil-mija tal-priġunieri huma reċidivi, jiġifiri kkomettew aktar minn reat wieħed. U għalhekk ġaladarba priġunier joħroġ mill-Faċilità Korrettiva riformat u ma jwettaqx aktar reati, jonqos ukoll in-numru tal-vittmi. ‘Il-minuta li nirrijabilitaw il-priġunieri hija l-minuta li fiha ser ikun hemm anqas vittmi’, tenna l-Ministru Emmanuel Mallia.

Id-direttriċi tal-NGO Victim Support Malta li tara mat-tmenin vittma ta’ reat kull sena,  filwaqt li qablet mal-istqarrijiet tal-Ministru, sostniet li l-akbar ammont ta’ vittmi huma vittmi ta’ vjolenza domestika u serq. Roberta Lepre temmet tgħid li sfortunatament ħafna vittmi li jirrikorru għas-servizzi tagħhom ma jkollhomx il-kuraġġ jirrapurtaw lill-pulizija.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Fi tmiem il-ġimgħa se jsiru l-pagamenti tal-iskemi tal-anomaliji għall-2026

PR262029

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Fi tmiem il-ġ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

More Press Releases Right arrow