Left arrow Mur Lura

IL-PATRIMONJU STORIKU U KULTURALI TA’ MALTA JAGĦMEL LIL PAJJIŻNA DESTINAZZJONI KULTURALI B’SAĦĦITHA FIL-MEDITERRAN

pr1221
Date Icon 12/06/2013

Fl-Istituto Italiano di Cultura fil-Belt dalgħodu ttellgħet konferenza dwar l-artist ċelebri Mattia Preti u l-Gran Mastru Gregorio Carafa bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet li jfakkru l-erba’ mitt sena mit-twelid ta’ Mattia Preti.

F’diskors tal-ftuħ, il-Ministru għat-Turiżmu l-Onor Karmenu Vella tkellem dwar il-patrimonju li Mattia Preti ħalla f’Malta fejn lokalitajiet differenti huma mogħnija b’kapulavuri tiegħu fosthom l-Imdina, Ħal Lija, il-Birgu, iż-Żurrieq il-Furjana u l-Belt Valletta.

Karmenu Vella ddeskriva dan ir-raba ċentinarju bħala wieħed ta’ sinifikat partikolari għal Malta u għall-komunità internazzjonali hekk kif jirrapreżenta mument importanti ta’ studju u valorizzazzjoni ta’ dan l-artist ċelebri.

Il-Ministru għat-Turiżmu semma’ l-bosta proġetti ta’ restawr li saru fl-aħħar snin f’pajjiżna fuq opri differenti ta’ Mattia Preti, grazzi anke għall-kollaborazzjoni kulturali qawwija li teżisti bejn Malta u l-Italja. Fakkar kif lura sas-sena 1859, diġà kienet inbdiet kollaborazzjoni fis-settur tar-restawr bejn il-Kon Katidral ta’ San Gwann u l-Italja u li baqgħet b’saħħitha sal-lum il-ġurnata.

Fl-isfond taċ-ċelebrazzjonijiet tal-400 sena mit-twelid ta’ Mattia Preti, il-Ministru Karmenu Vella semma’ kif ftit tax-xhur ilu, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu estendiet il-Malta Culture Guide Application tal-iPhone u l-iPad biex tkun tinkludi wkoll itinerarju dwar Mattia Preti u Caravaggio. Din l-app. qed tkompli tikkontribwixxi biex tkun konsolidata l-immaġini ta’ Malta bħala destinazzjoni kulturali b’saħħitha fil-Mediterran, grazzi għall-patrimonju storiku u artistiku kbir li tħaddan, saħaq il-Minsitru għat-Turiżmu.

L-Ambaxxatur Taljan għal Malta l-E.T. Giovanni De Vito esprima x-xewqa li għall-futur jiġu mistħarġa u analizzati l-aspetti storiċi u politiċi fil-kuntest li fihom operaw Mattia Preti u Gregorio Carafa.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Fi tmiem il-ġimgħa se jsiru l-pagamenti tal-iskemi tal-anomaliji għall-2026

PR262029

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Fi tmiem il-ġ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

Aktar Stqarrijiet Right arrow